|
+Artikolu 40 1. |
Artikolu 40 1.L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-UCITS li tkun se tidħol f’merger u dik riċeventi jfasslu abbozz ta’ termini komuni għall-merger. L-abbozz ta’ termini komuni għall-merger għandu jistipula d-dettalji li ġejjin:
(a)
l-identifikazzjoni tat-tip ta’ merger u l-UCITS involuti;
(b)
l-isfond u l-ħsieb wara l-merger proposta;
(c)
l-impatt mistenni tal-merger proposta fuq it-titolari tal-unitajiet kemm tal-UCITS li jkunu deħlin f’merger kif ukoll tal-UCITS li jkunu qed jirċievu;
(d)
il-kriterji adottati għall-valutazzjoni tal-assi u, fejn applikabbli, tal-obbligi fid-data għall-kalkolu tar-ratio għall-kambju msemmija fl-Artikolu 47(1);
(e)
il-metodu tal-kalkolu tar-ratio tal-kambju;
(f)
il-jum effettiv pjanat għall-merger;
(g)
ir-regoli applikabbli għat-trasferiment rispettiv tal-assi u l-bdil tal-unitajiet; u
(h)
fil-każ ta’ merger skont il-punt (p)(ii) tal-Artikolu 2(1), u fejn japplika, il-punt (p)(iii) tal-Artikolu 2(1), ir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-UCITS riċeventi li tkun għadha kemm twaqqfet. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jitolbu li tkun inkluża informazzjoni addizzjonali fl-abbozz tat-termini komuni għall-mergers. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|