+Artikolu 48
---+Artikolu 48 1.
---+Artikolu 48 2.
---+Artikolu 48 3.
---+Artikolu 48 4.

Artikolu 48

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 48 1.

Merger mwettqa skont il-punt (p)(i) tal-Artikolu 2(1) għandha tħalli dan ir-riżultat:

(a) 

l-assi u l-obbligi kollha tal-UCITS li tkun dieħla f’merger jiġu trasferiti lill-UCITS riċeventi jew, fejn applikabbli, lid-depożitarju tal-UCITS riċeventi;

(b) 

it-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tkun dieħla f’merger jsiru titolari tal-unitajiet tal-UCITS riċeventi u, fejn japplika, huma għandhom ikunu intitolati għal ħlas f’kontanti ta’ mhux aktar minn 10 % tal-valur nett tal-assi tal-unitajiet tagħhom fil-UCITS li tkun dieħla f’merger; u

(c) 

il-UCITS li tkun dieħla f’merger tispiċċa bid-dħul fis-seħħ tal-merger.

Artikolu 48 2.

Merger mwettqa skont il-punt (ii) tal-Artikolu 2(1)(p) għandu jkollha l-konsegwenzi li ġejjin:

(a) 

l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tal-UCITS li tkun dieħla f’merger jiġu trasferiti lill-UCITS ġdida riċeventi jew, fejn japplika, lid-depożitarju tal-UCITS riċeventi;

(b) 

it-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tkun dieħla f’merger għandhom isiru titolari tal-unitajiet tal-UCITS riċeventi, u fejn japplika, huma għandhom ikunu intitolati għal ħlas f’kontanti ta’ mhux aktar minn 10 % tal-valur nett tal-assi tal-unitajiet tagħhom fil-UCITS li tkun dieħla f’merger; u

(c) 

l-UCITS li tkun dieħla f’merger tispiċċa bid-dħul fis-seħħ tal-merger.

Artikolu 48 3.

Merger mwettqa skont il-punt (p)(iii) tal-Artikolu 2(1) għandha tħalli dan ir-riżultat:

(a) 

l-assi netti tal-UCITS li tkun dieħla f’merger jiġu trasferiti lill-UCITS riċeventi jew, fejn japplika, lid-depożitarju tal-UCITS riċeventi;

(b) 

it-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tkun dieħla f’merger għandhom isiru titolari tal-unitajiet tal-UCITS riċeventi; u

(c) 

il-UCITS li tkun dieħla f’merger tkompli teżisti sakemm l-obbligi kollha pendenti jkunu twettqu.

Artikolu 48 4.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-istabbiliment ta’ proċedura li biha l-kumpanija tal-maniġment tal-UCITS riċeventi tikkonferma lid-depożitarju tal-UCITS riċeventi li t-trasferiment tal-assi u, fejn applikabbli, tal-obbligazzjonijiet ikun twettaq. Fejn il-UCITS riċeventi ma tkunx ħatret kumpanija tal-maniġment, din għandha tagħti dik il-konferma lid-depożitarju tal-UCITS riċeventi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.