|
+Artikolu 51 1. |
Artikolu 51 1.Il-kumpaniji ta’ ġestjoni jew ta’ investiment għandhom japplikaw proċess ta’ ġestjoni tar-riskji li jippermettilhom jimmonitorjaw u jkejlu fi kwalunkwe ħin ir-riskju tal-pożizzjonijiet u l-kontribut tagħhom għall-profil ta’ riskju globali tal-portafoll ta’ UCITS. B’mod partikolari, huma ma għandhomx jiddependu esklużivament jew mekkanistikament fuq gradazzjonijiet tal-kreditu maħruġa mill-aġenziji li jiggradaw il-kreditu kif definiti fl- Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu ( 22 ), għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-assi tal-UCITS. Għandha tadotta proċess għal stima eżatta u indipendenti tal-valur ta’ derivattivi OTC. Għandha tikkomunika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha regolarment u t-tipi ta’ strumenti derivattivi, ir-riskji li jeżistu, il-limiti kwantitattivi u l-metodi li jintgħażlu sabiex jiġu stmati r-riskji assoċjati mal-operazzjonijiet fi strumenti derivattivi li jirrigwardaw kull UCITS mmaniġġjata. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha rċevuta skont il-paragrafu tlieta u aggregata fir-rigward tal-kumpanniji kollha tal-maniġment jew tal-investiment li huma qed jissorveljaw tkun aċċessibbli għall-AETS skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (il-“BERS”) stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku ( 23 ) skont l-Artikolu 15 ta’ dak ir-Regolament għall-fini ta’ monitoraġġ ta’ riskji sistematiċi fil-livell tal-Unjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|