+Artikolu 51
---+Artikolu 51 1.
---+Artikolu 51 2.
---+Artikolu 51 3.
---+Artikolu 51 3a.
---+Artikolu 51 4.
---+Artikolu 51 5.
|
Artikolu 51
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 51 1.
|
Il-kumpaniji ta’ ġestjoni jew ta’ investiment għandhom japplikaw proċess ta’ ġestjoni tar-riskji li jippermettilhom jimmonitorjaw u jkejlu fi kwalunkwe ħin ir-riskju tal-pożizzjonijiet u l-kontribut tagħhom għall-profil ta’ riskju globali tal-portafoll ta’ UCITS. B’mod partikolari, huma ma għandhomx jiddependu esklużivament jew mekkanistikament fuq gradazzjonijiet tal-kreditu maħruġa mill-aġenziji li jiggradaw il-kreditu kif definiti fl- Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (
22
), għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-assi tal-UCITS.
▼B
Għandha tadotta proċess għal stima eżatta u indipendenti tal-valur ta’ derivattivi OTC.
Għandha tikkomunika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha regolarment u t-tipi ta’ strumenti derivattivi, ir-riskji li jeżistu, il-limiti kwantitattivi u l-metodi li jintgħażlu sabiex jiġu stmati r-riskji assoċjati mal-operazzjonijiet fi strumenti derivattivi li jirrigwardaw kull UCITS mmaniġġjata.
▼M1
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha rċevuta skont il-paragrafu tlieta u aggregata fir-rigward tal-kumpanniji kollha tal-maniġment jew tal-investiment li huma qed jissorveljaw tkun aċċessibbli għall-AETS skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (il-“BERS”) stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (
23
) skont l-Artikolu 15 ta’ dak ir-Regolament għall-fini ta’ monitoraġġ ta’ riskji sistematiċi fil-livell tal-Unjoni.
▼B
|
|
Artikolu 51 2.
|
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw UCITS biex tadotta metodi tekniċi u strumenti li jirrelataw għal titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus taħt il-kundizzjonijiet u fil-limiti li huma jistabbilixxu sakemm dawn il-metodi tekniċi u l-istrumenti jintużaw għall-finijiet tal-maniġment effettiv tal-portafoll.
Fejn dawk l-operazzjonijiet jikkonċernaw l-użu ta’ strumenti derivattivi, dawn il-kundizzjonijiet u l-limiti għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva.
Taħt l-ebda ċirkostanza ma għandhom dawn l-operazzjonijiet iwasslu biex l-UCITS tiżvija mill-miri tagħha ta’ investiment kif stabbilit fir-regoli tal-fondi tal-UCITS, fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni jew fil-prospett.
|
|
Artikolu 51 3.
|
UCITS għandha tiżgura li l- esponiment globali tagħha li jirrelata ma’ strumenti derivattivi ma teċċedix il-valur totali nett tal-portafoll tagħha.
L- esponiment huwa kkalkolat b’kont meħud tal-valur kurrenti tal-assi bażi, tar-riskju tal-kontraparti, tal-movimenti futuri tas-suq u taż-żmien disponibbli sabiex jiġu likwidati l-pożizzjonijiet. Dan għandu japplika wkoll għat-tielet u r-raba’ subparagrafi.
UCITS tista’ tinvesti, bħala parti mill-politika tagħha ta’ investiment u fil-limitu stabbilit fl-Artikolu 52(5), fi strumenti derivattivi finanzjarji sakemm l-esponiment għall-assi bażi ma jeċċedix fl-aggregat il-limiti ta’ investiment stabbiliti fl-Artikolu 52. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, fejn UCITS tinvesti fi strumenti derivattivi finanzjarji bbażati fuq indiċi, dawk l-investimenti ma għandhomx għalfejn jiġu kkombinati għall-iskopijiet tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 52.
Fejn titoli trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus jinkorporaw derivattiv, id-derivattiv għandu jitqies meta jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 51 3a.
|
Filwaqt li jqisu n-natura, id-daqs u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-UCITS, l-awtoritajiet kompetenti,għandhom jimmonitorjaw l-adegwatezza tal-proċessi ta’ valutazzjoni tal-kreditu tal-kumpaniji ta’ ġestjoni jew investiment, jivvalutaw l-użu tar-referenzi għall-gradazzjonijiet tal-kreditu, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, fil-politika ta’ investiment tal-UCITS u, fejn ikun xieraq, jinkoraġġixxu l-mitigazzjoni tal-impatt ta’ referenzi bħal dawn, bil-ħsieb li titnaqqas id-dipendenza esklużiva u mekkanistika fuq tali gradazzjonijiet tal-kreditu.
|
|
Artikolu 51 4.
|
Bla ħsara għall-Artikolu 116, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati
►M4
skont l-Artikolu 112a ◄ , miżuri li jispeċifikaw dan li ġej:
▼M3
(a)
kriterji għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-proċess ta’ ġestjoni tar-riskji applikat mill-kumpanija ta’ ġestjoni jew investiment skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1;
▼M1
(b)
regoli dettaljati dwar l-evalwazzjoni preċiża u indipendenti tal-valur ta’ derivattivi tal-OTC; u
(c)
regoli dettaljati dwar il-kontenut u l-proċedura li trid tiġi segwita biex tkun komunikata l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-kumpannija tal-maniġment tal-Istat Membru ta’ domiċilju msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1.
Il-kriterji msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiżguraw li l-kumpanija ta’ ġestjoni jew investiment tkun prevenuta milli tiddependi esklużivament jew mekkanistikament fuq gradazzjonijiet tal-kreditu, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-assi tal-UCITS.
|
|
Artikolu 51 5.
|
Sabiex tiġi żgurata l-uniformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex ikunu determinati l-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni rigward il-kriterji u r-regoli msemmijin fil-paragrafu 4.
Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|