|
+Artikolu 51 4. |
Artikolu 51 4.Bla ħsara għall-Artikolu 116, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati ►M4 skont l-Artikolu 112a ◄ , miżuri li jispeċifikaw dan li ġej:
(a)
kriterji għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-proċess ta’ ġestjoni tar-riskji applikat mill-kumpanija ta’ ġestjoni jew investiment skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1;
(b)
regoli dettaljati dwar l-evalwazzjoni preċiża u indipendenti tal-valur ta’ derivattivi tal-OTC; u
(c)
regoli dettaljati dwar il-kontenut u l-proċedura li trid tiġi segwita biex tkun komunikata l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-kumpannija tal-maniġment tal-Istat Membru ta’ domiċilju msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1. Il-kriterji msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiżguraw li l-kumpanija ta’ ġestjoni jew investiment tkun prevenuta milli tiddependi esklużivament jew mekkanistikament fuq gradazzjonijiet tal-kreditu, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-assi tal-UCITS. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|