+Artikolu 55
---+Artikolu 55 1.
---+Artikolu 55 2.
---+Artikolu 55 3.
|
Artikolu 55
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 55 1.
|
UCITS tista’ tikseb l-unitajiet ta’ UCITS jew impriżi kollettivi oħrajn ta’ investiment imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 50(1), sakemm mhux iktar minn 10 % tal-assi tagħha huma investiti f’unitajiet ta’ UCITS waħda jew impriża oħra ta’ investiment kollettiv. L-Istati Membri jistgħu jgħollu dak il-limitu sa massimu ta’ 20 %.
|
|
Artikolu 55 2.
|
Investimenti magħmula f’unitajiet ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv ta’ xort’oħra minn UCITS m’ għandhomx jeċċedu, fit-total, 30 % tal-assi tal-UCITS.
L-Istati Membri jistgħu, fejn UCITS tkun akkwistat unitajiet ta’ UCITS jew impriżi ta’ investiment kollettiv oħra, jipprovdu li l-assi tal-UCITS rispettiva jew ta’ impriżi oħrajn ta’ investiment kollettiv ma għandhomx jiġu rikjesti li iġu kkombinati għall-finijiet tal- limiti stabbiliti fl-Artikolu 52.
|
|
Artikolu 55 3.
|
Fejn UCITS tinvesti fl-unitajiet ta’ UCITS oħrajn jew impriżi oħrajn ta’ investiment kollettiv li huma mmaniġġjati, direttament jew b’delegazzjoni, mill-istess kumpanija tal-maniġment jew minn kwalunkwe kumpanija oħra li magħha l-kumpanija tal-maniġment hija marbuta b’ maniġment jew kontroll komuni, jew b’holding sostanzjali dirett jew indirett, dik il-kumpanija tal-maniġment jew kumpanija oħra ma jistgħux jitolbu tariffi ta’ sottoskrizzjoni jew ta’ tifdija minħabba l-investiment tal-UCITS fl-unitajiet ta’ dawn il-UCITS l-oħra jew impriżi ta’ investiment kollettiv.
UCITS li tinvesti proporzjon sostanzjali tal-assi tagħha f’UCITS oħrajn jew impriżi ta’ investiment kollettiv għandha tiżvela fil-prospett tagħha l-livell massimu tal-ħlasijiet tal-maniġment li jistgħu jintalbu kemm lill-UCITS innifisha u kemm lil UCITS oħrajn jew impriżi ta’ investiment kollettiv li fihom għandha l-ħsieb li tinvesti. Fir-rapport annwali tagħha għandha tindika l-proporzjon massimu ta’ ħlasijiet ta’ ġestjoni mitluba kemm mill-UCITS innifisha u kemm mill-UCITS jew impriżi oħra ta’ investiment kollettiv li tinvesti fihom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|