+Artikolu 59
---+Artikolu 59 1.
---+Artikolu 59 2.
---+Artikolu 59 3.

Artikolu 59

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 59 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investiment ta’ UCITS alimentatriċi f’UCITS prinċipali determinata li jmur lil hinn mil-limitu applikabbli skont l-Artikolu 55(1) għal investimenti f’UCITS oħra jkun suġġett għall-approvazzjoni bil-quddiem mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS alimentatriċi.
Artikolu 59 2.
Il-UCITS alimentatriċi għandha tkun infurmata, 15-il jum tax-xogħol mit-tressiq ta’ fajl sħiħ, jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunux approvaw jew le l-investiment tal-UCITS alimentatriċi fil-UCITS prinċipali.
Artikolu 59 3.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS alimentatriċi għandhom jagħtu l-approvazzjoni tagħhom jekk il-UCITS alimentatriċi, id-depożitarju u l-awditur tagħha, kif ukoll il-UCITS prinċipali, jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stipulati f’dan il-Kapitolu. Għal dawn l-għanijiet, il-UCITS alimentatriċi għandha tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha d-dokumenti li ġejjin:

(a) 

ir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali;

(b) 

il-prospett u t-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmija fl-Artikolu 78 tal-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali;

(c) 

il-ftehim bejn il-UCITS alimentatriċi u dik prinċipali jew regoli interni dwar it-tmexxija tan-negozju msemmija fl-Artikolu 60(1);

(d) 

fejn applikabbli, it-tagħrif li għandu jiġi pprovdut lit-titolari ta’ unità, imsemmi fl-Artikolu 64(1);

(e) 

jekk il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jkollhom depożitarji differenti, il-ftehim ta’ qsim tat-tagħrif bejn id-depożitarji rispettivi, imsemmi fl-Artikolu 61(1);

(f) 

jekk il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jkollhom awdituri differenti, il-ftehim ta’ qsim tat-tagħrif bejn l-awdituri rispettivi, imsemmi fl-Artikolu 62(1).

Fejn il-UCITS alimentatriċi tinsab stabbilita fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tal-UCITS prinċipali, il-UCITS alimentatriċi għandha wkoll tipprovdi attestazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS prinċipali li l-UCITS prinċipali hija UCITS, jew inkella kompartiment ta’ investiment li tagħmel parti minn UCITS, li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 58(3). Id-dokumenti għandhom jiġu provduti mill-UCITS alimentatriċi fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS alimentatriċi jew fil-lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.