|
+Artikolu 59 3. |
Artikolu 59 3.L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS alimentatriċi għandhom jagħtu l-approvazzjoni tagħhom jekk il-UCITS alimentatriċi, id-depożitarju u l-awditur tagħha, kif ukoll il-UCITS prinċipali, jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stipulati f’dan il-Kapitolu. Għal dawn l-għanijiet, il-UCITS alimentatriċi għandha tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha d-dokumenti li ġejjin:
(a)
ir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali;
(b)
il-prospett u t-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmija fl-Artikolu 78 tal-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali;
(c)
il-ftehim bejn il-UCITS alimentatriċi u dik prinċipali jew regoli interni dwar it-tmexxija tan-negozju msemmija fl-Artikolu 60(1);
(d)
fejn applikabbli, it-tagħrif li għandu jiġi pprovdut lit-titolari ta’ unità, imsemmi fl-Artikolu 64(1);
(e)
jekk il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jkollhom depożitarji differenti, il-ftehim ta’ qsim tat-tagħrif bejn id-depożitarji rispettivi, imsemmi fl-Artikolu 61(1);
(f)
jekk il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jkollhom awdituri differenti, il-ftehim ta’ qsim tat-tagħrif bejn l-awdituri rispettivi, imsemmi fl-Artikolu 62(1). Fejn il-UCITS alimentatriċi tinsab stabbilita fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tal-UCITS prinċipali, il-UCITS alimentatriċi għandha wkoll tipprovdi attestazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS prinċipali li l-UCITS prinċipali hija UCITS, jew inkella kompartiment ta’ investiment li tagħmel parti minn UCITS, li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 58(3). Id-dokumenti għandhom jiġu provduti mill-UCITS alimentatriċi fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS alimentatriċi jew fil-lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|