+Artikolu 84 3e.
|
Artikolu 84 3e.
Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS ma jaġixxux f’konformità mal-opinjoni tal-AETS imsemmija fil-paragrafu 3d, jew ma jkollhomx l-intenzjoni li jikkonformaw ma’ dik l-opinjoni, huma għandhom jinfurmaw lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti rikjedenti dwar dan, filwaqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ konformità jew għall-intenzjoni li ma jikkonformawx tagħhom. Fil-każ ta’ theddida serja għall-protezzjoni tal-investitur, għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni, u sakemm tali pubblikazzjoni ma tkunx f’kunflitt mal-interessi leġittimi tat-titolari tal-ishma jew tal-unitajiet jew tal-pubbliku, l-AETS tista’ tippubblika l-fatt li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS ma jikkonformawx jew ma humiex biħsiebhom jikkonformaw mal-opinjoni tagħha, flimkien mar-raġunijiet provduti minn dawk l-awtoritajiet kompetenti għan-nuqqas ta’ konformità jew l-intenzjoni li ma jikkonformawx. L-AETS għandha tanalizza jekk il-benefiċċji tal-pubblikazzjoni jegħlbux l-amplifikazzjoni tat-theddid għall-protezzjoni tal-investitur, għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni li tirriżulta minn dik il-pubblikazzjoni u għandha tagħti lill-awtoritajiet kompetenti avviż bil-quddiem dwar tali pubblikazzjoni.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|