+Artikolu 84
---+Artikolu 84 1.
---+Artikolu 84 2.
---+Artikolu 84 3.
---+Artikolu 84 3a.
---+Artikolu 84 3b.
---+Artikolu 84 3c.
---+Artikolu 84 3d.
---+Artikolu 84 3e.
---+Artikolu 84 3f.
---+Artikolu 84 4.

Artikolu 84

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 84 1.
UCITS għandha tixtri mill-ġdid jew tifdi l-unitajiet tagħha fuq it-talba ta’ kull titolari ta’ unità.
Artikolu 84 2.

Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1:

(a) 

UCITS tista’, fl-interess tat-titolari tal-unitajiet tagħha, tissospendi temporanjament is-sottoskrizzjoni, ix-xiri mill-ġdid u t-tifdija tal-unitajiet tagħha kif imsemmi fl-Anness IIA, il-punt 1, jew tattiva jew tiddiżattiva għodod għall-ġestjoni tal-likwidità oħra magħżula mill-punti 2 sa 8 ta’ dak l-Anness f’konformità mal-Artikolu 18a(2). L-UCITS tista’ wkoll, fl-interess tat-titolari tal-unitajiet tagħha, tattiva side pockets kif imsemmi fl-Anness IIA, il-punt 9;

(b) 

fl-interess tal-investituri, f’ċirkostanzi eċċezzjonali u wara konsultazzjoni mal-UCITS, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS jistgħu jirrikjedu li UCITS tattiva jew tiddiżattiva l-għodda għall-ġestjoni tal-likwidità msemmija fl-Anness IIA, il-punt 1, meta jkun hemm riskji għall-protezzjoni tal-investituri jew għall-istabbiltà finanzjarja li, b’perspettiva raġonevoli u bbilanċjata, ikunu jeħtieġu tali attivazzjoni jew diżattivazzjoni.

UCITS għandha tuża biss sospensjoni tas-sottoskrizzjonijiet, ix-xirjiet mill-ġdid u t-tifdijiet jew is-side pockets kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), f’każijiet eċċezzjonali meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu hekk, u ġġustifikata fir-rigward tal-interessi tat-titolari tal-unitajiet tagħha.

Artikolu 84 3.

Il-UCITS għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha dwar dan li ġej:

(a) 

meta l-UCITS tattiva jew tiddiżattiva l-għodda għall-ġestjoni tal-likwidità msemmija fl-Anness IIA, il-punt 1;

(b) 

meta l-UCITS tattiva jew tiddiżattiva kwalunkwe waħda mill-għodod għall-ġestjoni tal-likwidità msemmija fl-Anness IIA, il-punti 2 sa 8, b’mod li ma jkunx fil-perkors normali tan-negozju kif previst fir-regoli tal-fond jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-UCITS.

UCITS għandha, fi żmien raġonevoli qabel hija tattiva jew tiddiżattiva għodda għall-ġestjoni tal-likwidità msemmija fl-Anness IIA, il-punt 9, tinnotifika l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ tali attivazzjoni jew diżattivazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom jinformaw, mingħajr dewmien, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, lill-AETS u, jekk ikun hemm riskji potenzjali għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja, lill-BERS, dwar kwalunkwe notifika riċevuta f’konformità ma’ dan il-paragrafu. L-AETS għandu jkollha s-setgħa li tikkondividi l-informazzjoni li tirċievi skont dan il-paragrafu mal-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 84 3a.
Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS jeżerċitaw setgħat skont il-paragrafu 2, il-punt (b), huma għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment, lill-AETS u, jekk ikun hemm riskji potenzjali għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja, lill-BERS b’dan.
Artikolu 84 3b.
L-awtoritjiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS biex jeżerċitaw is-setgħat skont il-paragrafu 2, il-punt (b), filwaqt li jispeċifikaw ir-raġunijiet għat-talba u jinformaw lill-AETS u, jekk hemm riskji potenzjali għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja, lill-BERS dwarha.
Artikolu 84 3c.
Meta l-awtoritjiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS ma jaqblux mat-talba msemmija fil-paragrafu 3b, huma għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti rikjedenti, lill-AETS u, meta l-BERS kien infurmat dwar dik it-talba skont il-paragrafu 3b, lill-BERS dwar dan, filwaqt li tiddikjara r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ qbil.
Artikolu 84 3d.
Fuq il-bażi tal-informazzjoni riċevuta skont il-paragrafi 3b u 3c, l-AETS għandha, mingħajr dewmien żejjed, tibgħat opinjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS dwar l-eżerċitar tas-setgħat stabbiliti skont il-paragrafu 2, il-punt (b). L-AETS għandha tikkomunika dik l-opinjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS.
Artikolu 84 3e.
Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS ma jaġixxux f’konformità mal-opinjoni tal-AETS imsemmija fil-paragrafu 3d, jew ma jkollhomx l-intenzjoni li jikkonformaw ma’ dik l-opinjoni, huma għandhom jinfurmaw lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti rikjedenti dwar dan, filwaqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ konformità jew għall-intenzjoni li ma jikkonformawx tagħhom. Fil-każ ta’ theddida serja għall-protezzjoni tal-investitur, għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni, u sakemm tali pubblikazzjoni ma tkunx f’kunflitt mal-interessi leġittimi tat-titolari tal-ishma jew tal-unitajiet jew tal-pubbliku, l-AETS tista’ tippubblika l-fatt li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS ma jikkonformawx jew ma humiex biħsiebhom jikkonformaw mal-opinjoni tagħha, flimkien mar-raġunijiet provduti minn dawk l-awtoritajiet kompetenti għan-nuqqas ta’ konformità jew l-intenzjoni li ma jikkonformawx. L-AETS għandha tanalizza jekk il-benefiċċji tal-pubblikazzjoni jegħlbux l-amplifikazzjoni tat-theddid għall-protezzjoni tal-investitur, għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni li tirriżulta minn dik il-pubblikazzjoni u għandha tagħti lill-awtoritajiet kompetenti avviż bil-quddiem dwar tali pubblikazzjoni.
Artikolu 84 3f.
Sas-16 ta’ April 2026, l-AETS għandha tiżviluppa linji gwida li jipprovdu indikazzjonijiet biex jiggwidaw lill-awtoritajiet kompetenti fl-eżerċizzju tagħhom tas-setgħat stabbiliti fil-paragrafu 2, il-punt (b), u indikazzjonijiet dwar is-sitwazzjonijiet li jaf iwasslu għat-tressiq tat-talbiet imsemmija fil-paragrafu 3b ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 98(3). Meta tiżviluppa dawk il-linji gwida, l-AETS għandha tikkunsidra l-implikazzjonijiet potenzjali ta’ tali intervent superviżorju għall-protezzjoni tal-investituri u l-istabbiltà finanzjarja fi Stat Membru ieħor jew fl-Unjoni. Dawk l-istandards għandhom jirrikonoxxu li r-responsabbiltà primarja għall-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tibqa’ f’idejn l-UCITS.
Artikolu 84 4.

Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġu speċifikati l-kondizzjonijiet li jeħtieġ jintlaħqu mill-UCITS wara l-adozzjoni tas-sospensjoni temporanja tax-xiri mill-ġdid jew il-fidi tal-unitajiet tal-UCITS kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2, ladarba tkun deċiża s-sospensjoni.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.