►M12
L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuni kollha li jaħdmu jew li kienu ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll l-awdituri jew l-esperti li jaġixxu f’isem l-awtoritajiet kompetenti, huma marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali. Dak l-obbligu jfisser li l-ebda informazzjoni kunfidenzjali li dawk il-persuni jirċievu waqt it-twettiq ta’ dmirijiethom ma tista’ tkun żvelata lil kwalunkwe persuna jew awtorità, ħlief f’għamla sommarja jew aggregata b’mod li UCITS, kumpaniji tal-maniġment u depożitarji (impriżi li jikkontribwixxu lejn l-attività tan-negozju tal-UCITS) ma jkunux jistgħu jiġu identifikati individwalment, mingħajr preġudizzju għal każijiet koperti bil-liġi kriminali jew fiskali. ◄
Madankollu, meta UCITS jew impriża li tikkontribwixxi lejn l-attività tan-negozju tagħha tkun giet iddikjarata bħala falluta jew li tkun ġiet xolta ta’ bilfors, l-informazzjoni kunfidenzjali li ma tkunx tikkonċerna partijiet terzi involuti fi sforzi ta’ salvament tista’ tiġi żvelata fi proċedimenti ċivili jew kummerċjali.