+Artikolu 112a
---+Artikolu 112a 1.
---+Artikolu 112a 2.
---+Artikolu 112a 3.
---+Artikolu 112a 4.
---+Artikolu 112a 5.
|
Artikolu 112a
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 112a 1.
|
Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 112a 2.
|
Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 12, 14, 43, 60, 61, 62, 64, 75, 78, 81, 95 u 111 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ erba’ snin mill-4 ta’ Jannar 2011. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 13 għal perjodu ta’ erba’ snin mill-15 ta’ April 2024. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 26b hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ erba’ snin mis-17 ta’ Settembru 2014. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 50a hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ erba’ snin mill-21 ta’ Lulju 2011. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 51 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ erba’ snin mill-20 ta’ Ġunju 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar is-setgħa delegata mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem ta’ perijodi ta’ erba’ snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
|
|
Artikolu 112a 3.
|
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 12, 13, 14, 26b, 43, 50a, 51, 60, 61, 62, 64, 75, 78, 81, 95 u 111 tista’ tiġi revokata f’kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
|
|
Artikolu 112a 4.
|
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
|
Artikolu 112a 5.
|
Att delegat adottat skont l-Artikoli 12, 13, 14, 26b, 43, 50a, 51, 60, 61, 62, 64, 75, 78, 81, 95 u 111 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu t-tnejn li huma informaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|