|
+Artikolu 112a 2. |
Artikolu 112a 2.Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 12, 14, 43, 60, 61, 62, 64, 75, 78, 81, 95 u 111 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ erba’ snin mill-4 ta’ Jannar 2011. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 13 għal perjodu ta’ erba’ snin mill-15 ta’ April 2024. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 26b hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ erba’ snin mis-17 ta’ Settembru 2014. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 50a hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ erba’ snin mill-21 ta’ Lulju 2011. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 51 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ erba’ snin mill-20 ta’ Ġunju 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar is-setgħa delegata mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem ta’ perijodi ta’ erba’ snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|