|
+Artikolu 3 3. |
Artikolu 3 3.L-awtoritajiet kompetenti tal-ELTIFs għandhom, fuq bażi ta’ kull tliet xhur, jinformaw lill-ESMA bl-awtorizzazzjonijiet mogħtija jew irtirati skont dan ir-Regolament u bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni dwar ELTIF li hija stabbilita fir-reġistru pubbliku ċentrali msemmi fit-tieni subparagrafu. L-ESMA għandha żżomm reġistru pubbliku ċentrali aġġornat li jidentifika għal kull ELTIF awtorizzat skont dan ir-Regolament:
(a)
l-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI) u l-identifikatur tal-kodiċi nazzjonali tal-ELTIF, fejn disponibbli;
(b)
l-isem u l-indirizz tal-maniġer tal-ELTIF u, meta disponibbli, il-LEI ta’ dak il-maniġer;
(c)
il-kodiċijiet ISIN tal-ELTIF u kull klassi separata ta’ unitajiet jew ta’ ishma, fejn disponibbli;
(d)
il-LEI tal-ELTIF prinċipali, fejn disponibbli;
(e)
il-LEI tal-ELTIF alimentatur, fejn disponibbli;
(f)
l-awtorità kompetenti tal-ELTIF u l-Istat Membru domiċiljari tal-ELTIF;
(g)
l-Istati Membri fejn huwa kkummerċjalizzat l-ELTIF;
(h)
jekk l-ELTIF jistax jiġi kkummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur jew jistax jiġi kkummerċjalizzat biss lil investituri professjonali;
(i)
id-data tal-awtorizzazzjoni tal-ELTIF;
(j)
id-data li fiha tkun bdiet il-kummerċjalizzazzjoni tal-ELTIF;
(k)
id-data tal-aħħar aġġornament mill-ESMA tal-informazzjoni dwar l-ELTIF. Ir-reġistru pubbliku ċentrali għandu jkun magħmul disponibbli f’format elettroniku. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|