+Artikolu 3 L-awtorizzazzjoni u r-reġistru pubbliku ċentrali
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.

Artikolu 3 L-awtorizzazzjoni u r-reġistru pubbliku ċentrali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.
ELTIF jista' jiġi kkummerċjalizzat fl-Unjoni biss meta jkun ġie awtorizzat b'konformità ma' dan ir-Regolament. L-awtorizzazzjoni ta' ELTIF hija valida fl-Istati Membri kollha..
Artikolu 3 2.
L-AIFs tal-UE biss huma eliġibbli biex japplikaw għal awtorizzazzjoni u biex jingħataw awtorizzazzjoni bħala ELTIF
Artikolu 3 3.
L-awtoritajiet kompetenti tal-ELTIFs għandhom, fuq bażi ta’ kull tliet xhur, jinformaw lill-ESMA bl-awtorizzazzjonijiet mogħtija jew irtirati skont dan ir-Regolament u bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni dwar ELTIF li hija stabbilita fir-reġistru pubbliku ċentrali msemmi fit-tieni subparagrafu.

L-ESMA għandha żżomm reġistru pubbliku ċentrali aġġornat li jidentifika għal kull ELTIF awtorizzat skont dan ir-Regolament:

(a) 

l-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI) u l-identifikatur tal-kodiċi nazzjonali tal-ELTIF, fejn disponibbli;

(b) 

l-isem u l-indirizz tal-maniġer tal-ELTIF u, meta disponibbli, il-LEI ta’ dak il-maniġer;

(c) 

il-kodiċijiet ISIN tal-ELTIF u kull klassi separata ta’ unitajiet jew ta’ ishma, fejn disponibbli;

(d) 

il-LEI tal-ELTIF prinċipali, fejn disponibbli;

(e) 

il-LEI tal-ELTIF alimentatur, fejn disponibbli;

(f) 

l-awtorità kompetenti tal-ELTIF u l-Istat Membru domiċiljari tal-ELTIF;

(g) 

l-Istati Membri fejn huwa kkummerċjalizzat l-ELTIF;

(h) 

jekk l-ELTIF jistax jiġi kkummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur jew jistax jiġi kkummerċjalizzat biss lil investituri professjonali;

(i) 

id-data tal-awtorizzazzjoni tal-ELTIF;

(j) 

id-data li fiha tkun bdiet il-kummerċjalizzazzjoni tal-ELTIF;

(k) 

id-data tal-aħħar aġġornament mill-ESMA tal-informazzjoni dwar l-ELTIF.

Ir-reġistru pubbliku ċentrali għandu jkun magħmul disponibbli f’format elettroniku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0760
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.