|
+Artikolu 5 2. |
Artikolu 5 2.AIFM tal-UE awtorizzat skont id-Direttiva 2011/61/UE biss jista' japplika għand l-awtorità kompetenti tal-ELTIF sabiex ikollu l-approvazzjoni biex jimmaniġġja ELTIF li għaliha hija rikjesta l-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1. Fil-każ li l-awtorità kompetenti tal-ELTIF tkun l-istess bħall-awtorità kompetenti tal-AIFM tal-UE, tali applikazzjoni għal approvazzjoni tirreferi għad-dokumentazzjoni ppreżentata għal awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2011/61/UE. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, AIFM tal-UE li japplika biex jimmaniġġja ELTIF stabbilit fi Stat Membru ieħor għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-ELTIF id-dokumentazzjoni li ġejja:
(a)
il-ftehim bil-miktub mad-depożitarju;
(b)
l-informazzjoni dwar l-arranġamenti għad-delegazzjoni fir-rigward tal-portafoll kif ukoll tal-immaniġġjar u l-amministrazzjoni tar-riskju fir-rigward tal-ELTIF;
(c)
l-informazzjoni dwar l-istrateġiji tal-investiment, il-profil tar-riskju u karatteristiċi oħra tal-AIFs li l-AIFM tal-UE ikun awtorizzat jimmaniġġja. L-awtorità kompetenti tal-ELTIF tista' titlob lill-awtorità kompetenti tal-AIFM tal-UE għal kjarifika u informazzjoni rigward id-dokumentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu, jew attestat dwar jekk l-ELTIFs jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni mill-AIFM tal-UE biex jimmaniġġja l-AIFs. L-awtorità kompetenti tal-AIFM tal-UE għandha tagħti risposta fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol mid-data li fiha tkun irċeviet it-talba ppreżentata mill-awtorità kompetenti tal-ELTIF. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|