+Artikolu 5 Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala ELTIF
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
|
Artikolu 5 Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala ELTIF
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala ELTIF għandha ssir għand l-awtorità kompetenti tal-ELTIF. L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala ELTIF għandha tinkludi dawn kollha li ġejjin:
(a)
ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni;
(b)
l-isem tal-maniġer propost tal-ELTIF;
(c)
l-isem tad-depożitarju u, fejn mitlub mill-awtorità kompetenti ta’ ELTIF li jista’ jiġi kkummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur, il-ftehim bil-miktub mad-depożitarju;
(d)
fejn l-ELTIF jista’ jiġi kkummerċjalizzat lill-investituri fil-livell tal-konsumatur, deskrizzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi magħmula disponibbli għall-investituri, inkluża deskrizzjoni tal-arranġamenti għat-trattament tal-ilmenti sottomessi mill-investituri fil-livell tal-konsumatur;
(e)
fejn applikabbli, l-informazzjoni li ġejja dwar l-istruttura prinċipali-alimentatriċi tal-ELTIF:
(i)
dikjarazzjoni li l-ELTIF alimentatur huwa alimentatur tal-ELTIF prinċipali;
(ii)
ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-ELTIF prinċipali u l-ftehim bejn l-ELTIF alimentatur u l-ELTIF prinċipali, jew ir-regoli interni dwar il-kondotta tal-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 29(6);
(iii)
meta l-ELTIF prinċipali u l-ELTIF alimentatur ikollhom depożitarji differenti, il-ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-informazzjoni msemmi fl-Artikolu 29(7);
(iv)
meta l-ELTIF alimentatur ikun stabbilit fi Stat Membru għajr l-Istat Membru domiċiljari tal-ELTIF prinċipali, attestazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-ELTIF prinċipali li l-ELTIF prinċipali huwa ELTIF ipprovdut mill-ELTIF alimentatur.
L-awtorità kompetenti tal-ELTIF tista' titlob kjarifika u informazzjoni rigward id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni pprovduti skont it-tieni subparagrafu.
|
|
Artikolu 5 2.
|
AIFM tal-UE awtorizzat skont id-Direttiva 2011/61/UE biss jista' japplika għand l-awtorità kompetenti tal-ELTIF sabiex ikollu l-approvazzjoni biex jimmaniġġja ELTIF li għaliha hija rikjesta l-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1. Fil-każ li l-awtorità kompetenti tal-ELTIF tkun l-istess bħall-awtorità kompetenti tal-AIFM tal-UE, tali applikazzjoni għal approvazzjoni tirreferi għad-dokumentazzjoni ppreżentata għal awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2011/61/UE. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, AIFM tal-UE li japplika biex jimmaniġġja ELTIF stabbilit fi Stat Membru ieħor għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-ELTIF id-dokumentazzjoni li ġejja:
(a)
il-ftehim bil-miktub mad-depożitarju;
(b)
l-informazzjoni dwar l-arranġamenti għad-delegazzjoni fir-rigward tal-portafoll kif ukoll tal-immaniġġjar u l-amministrazzjoni tar-riskju fir-rigward tal-ELTIF;
(c)
l-informazzjoni dwar l-istrateġiji tal-investiment, il-profil tar-riskju u karatteristiċi oħra tal-AIFs li l-AIFM tal-UE ikun awtorizzat jimmaniġġja.
L-awtorità kompetenti tal-ELTIF tista' titlob lill-awtorità kompetenti tal-AIFM tal-UE għal kjarifika u informazzjoni rigward id-dokumentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu, jew attestat dwar jekk l-ELTIFs jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni mill-AIFM tal-UE biex jimmaniġġja l-AIFs. L-awtorità kompetenti tal-AIFM tal-UE għandha tagħti risposta fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol mid-data li fiha tkun irċeviet it-talba ppreżentata mill-awtorità kompetenti tal-ELTIF.
|
|
Artikolu 5 3.
|
L-applikanti għandhom jiġu informati fi żmien xahrejn mid-data tas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni kompluta jekk tkunx ingħatat awtorizzazzjoni bħala ELTIF.
|
|
Artikolu 5 4.
|
Kwalunkwe modifika sussegwenti fid-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi nnotifikata minnufih lill-awtorità kompetenti tal-ELTIF.
|
|
Artikolu 5 5.
|
B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, AIF tal-UE li l-forma ġuridika tiegħu tippermetti mmaniġġjar intern u li l-bord ta' tmexxija tiegħu jagħżel li ma jaħtarx AIFM estern, għandu japplika simultanjament għal awtorizzazzjoni bħala ELTIF skont dan ir-Regolament u bħala AIFM skont id-Direttiva 2011/61/UE. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/61/UE, l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala ELTIF immaniġġjat internament għandha inkludi li ġej:
(a)
ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni;
(b)
meta l-ELTIF jista’ jiġi kkummerċjalizzat lill-investituri fil-livell tal-konsumatur, deskrizzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi magħmula disponibbli għall-investituri fil-livell tal-konsumatur, inkluża deskrizzjoni tal-arranġamenti għat-trattament tal-ilmenti sottomessi mill-investituri fil-livell tal-konsumatur.
B'deroga mill-paragrafu 3, AIF tal-UE mmaniġġjat internament għandu jiġi infurmat fi żmien tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni ta' applikazzjoni sħiħa dwar jekk ingħatatx awtorizzazzjoni bħala ELTIF.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0760
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|