+Artikolu 6 Kundizzjonijiet għall-għoti ta' awtorizzazzjoni bħala ELTIF
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 6 6.
---+Artikolu 6 7.
|
Artikolu 6 Kundizzjonijiet għall-għoti ta' awtorizzazzjoni bħala ELTIF
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
AIF tal-UE għandu jiġi awtorizzat bħala ELTIF biss fejn l-awtorità kompetenti tiegħu:
(a)
tkun sodisfatta li l-AIF tal-UE huwa kapaċi jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta' dan ir-Regolament;
(b)
tkun approvat l-applikazzjoni tal-AIFM tal-UE awtorizzat skont id-Direttiva 2011/61/UE biex jimmaniġġja l-ELTIF, ir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni u l-għażla tad-depożitarju.
|
|
Artikolu 6 2.
|
Fil-każ li AIF tal-UE jagħmel applikazzjoni skont l-Artikolu 5(5) ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tawtorizza l-AIF tal-UE biss meta tkun sodisfatta li l-AIF tal-UE jikkonforma mar-rekwiżiti kemm ta' dan ir-Regolament kif ukoll tad-Direttiva 2011/61/UE rigward l-awtorizzazzjoni ta' AIFM tal-UE.
|
|
Artikolu 6 3.
|
L-awtorità kompetenti tal-ELTIF tista' tirrifjuta li tapprova l-applikazzjoni ta' AIFM tal-UE biex jimmaniġġja ELTIF meta l-AIFM tal-UE:
(a)
ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament;
(b)
ma jkunx konformi mad-Direttiva 2011/61/UE;
(c)
mhuwiex awtorizzat mill-awtorità kompetenti tiegħu biex jimmaniġġja l-AIFs li jsegwu strateġiji ta' investiment tat-tip koperti b'dan ir-Regolament; jew
(d)
ma pprovdiex id-dokumenti msemmija fil-Artikolu 5(2), jew xi kjarifika jew informazzjoni mitluba taħtu.
Qabel ma l-awtorità kompetenti ta' ELTIF tirrifjuta li tapprova applikazzjoni, hija għandha tikkonsulta l-awtorità kompetenti tal-AIFM tal-UE.
|
|
Artikolu 6 4.
|
L-awtorità kompetenti tal-ELTIF m'għandiex tagħti awtorizzazzjoni bħala ELTIF lill-AIF tal-UE li jkun applika għall-awtorizzazzjoni jekk huwa legalment ipprojbit milli jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma tiegħu fl-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu.
|
|
Artikolu 6 5.
|
L-awtorità kompetenti tal-ELTIF għandha tikkomunika lill-AIF tal-UE ir-raġuni għalfejn irrifjutat li tagħti l-awtorizzazzjoni bħala ELTIF.
|
|
Artikolu 6 6.
|
Applikazzjoni li ġiet rifjutata taħt dan l-Kapitolu ma terġax tiġi sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra.
|
|
Artikolu 6 7.
|
L-awtorizzazzjoni bħala ELTIF m'għandiex tkunx suġġetta għar-rekwiżit li l-ELTIF ikun immaniġġjat minn AIFM tal-UE li jkun awtorizzat fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-ELTIF, jew li l-AIFM tal-UE iwettaq jew jiddelega kwalunkwe attività fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-ELTIF.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0760
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|