+KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
---+Artikolu 1 Suġġett u għan
------+Artikolu 1 1.
------+Artikolu 1 2.
------+Artikolu 1 3.
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 L-awtorizzazzjoni u r-reġistru pubbliku ċentrali
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
------+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 4 Id-deżinjazzjoni u l-projbizzjoni fuq transformazzjoni
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 5 Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala ELTIF
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
------+Artikolu 5 4.
------+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 6 Kundizzjonijiet għall-għoti ta' awtorizzazzjoni bħala ELTIF
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
------+Artikolu 6 3.
------+Artikolu 6 4.
------+Artikolu 6 5.
------+Artikolu 6 6.
------+Artikolu 6 7.
---+Artikolu 7 Ir-regoli applikabbli u r-responsabbiltajiet
------+Artikolu 7 1.
------+Artikolu 7 2.
------+Artikolu 7 3.
|
KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 Suġġett u għan
|
|
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
|
Artikolu 2
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“kapital” tfisser kontribuzzjonijiet kapitali aggregati u l-kapital impenjat mhux imħallas, ikkalkulati abbażi tal-ammonti investibbli wara li jitnaqqsu d-drittijiet, l-imposti u l-ispejjeż kollha akkarigu dirett jew indirett tal-investituri;
(2)
“investitur professjonali” tfisser investitur li huwa meqjus bħala klijent professjonali, jew li jista', fuq talba, jiġi ttrattat bħala klijent professjonali b'konformità mal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE;
(3)
“investitur fil-livell tal-konsumatur” tfisser investitur li mhuwiex investitur professjonali;
(4)
“ekwità” tfisser parteċipazzjoni azzjonarja f'impriża ta' portafoll li tikkwalifika, irrappreżentat mill-ishma jew forom oħra ta' parteċipazzjoni fil-kapital tal-impriża ta' portafoll li tikkwalifika, maħruġa lill-investituri tagħha;
(5)
“kważi ekwità” tfisser kwalunkwe tip ta' strument ta' finanzjament fejn ir-redditu fuq l-istrument huwa konness mal-qligħ jew mat-telf tal-impriża ta' portafoll li tikkwalifika, u fejn il-ħlas lura tal-istrument f'każ ta' inadempjenza ma jkunx garantit bis-sħiħ;
▼M1
(6)
“assi reali” tfisser assi li għandu valur intrinsiku minħabba s-sustanza u l-proprjetajiet tiegħu;
▼B
(7)
“impriża finanzjarja” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
istituzzjoni ta' kreditu kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
);
(b)
kumpanija tal-investiment kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(c)
impriża tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
);
▼M1
(ca)
impriża tar-riassigurazzjoni kif definita fil-punt (4) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;
▼B
(d)
kumpanija azzjonarja finanzjarja kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(e)
kumpanija azzjonarja b'attivitajiet imħallta kif definit fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(f)
kumpanija maniġerjali kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/65/KE;
(g)
AIFM kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;
(8)
“AIF tal-UE” tfisser AIF tal-UE kif definit fil-punt (k) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;
(9)
“AIFM tal-UE” tfisser AIFM tal-UE kif definit fil-punt (l) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;
(10)
“awtorità kompetenti ta' ELTIF” tfisser awtorità kompetenti tal-AIF tal-UE fit-tifsira tal-punt (h) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;
(11)
“l-Istat Membru ta' domiċilju tal-ELTIF” tfisser l-Istat Membru fejn l-ELTIF huwa awtorizzat;
(12)
“maniġer tal-ELTIF” tfisser l-AIFM tal-UE awtorizzat biex jimmaniġġja ELTIF jew l-ELTIF immaniġġjat internament meta l-forma ġuridika tal-ELTIF tippermetti maniġment intern u meta ma jkun inħatar ebda AIFM estern;
(13)
“awtorità kompetenti tal-maniġer tal-ELTIF” tfisser l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-AIFM tal-UE fit-tifsira tal-punt (q) tal-Artikolu 4(1)tad-Direttiva 2011/61/UE;
(14)
“għoti b'self ta' titoli” u “teħid b'self ta' titoli” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li fiha kontroparti tittrasferixxi titoli soġġett għal impenn li l-mutwatarju se jagħti lura titoli ekwivalenti f'xi data futura jew meta jintalab jagħmel hekk mit-trasferitur, bit-tranżazzjoni titqies bħala għoti b'self ta' titoli għall-kontroparti li tittrasferixxi t-titoli u titqies bħala teħid b'self ta' titoli għall-kontroparti li huma ttrasferiti lilha;
▼M1
(14a)
“titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata” tfisser titolizzazzjoni li tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
);
(14b)
“grupp” ifisser grupp kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 11, tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
);
▼B
(15)
“tranżazzjoni ta' xiri mill-ġdid” tfisser tranżazzjoni ta' xiri mill-ġdid kif definit fil-punt (83) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(16)
“strument finanzjarju” tfisser strument finanzjarju kif speċifikat fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;
(17)
“bejgħ qasir” tfisser attività kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
);
(18)
“suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(19)
“faċilità multilaterali tan-negozjar” tfisser faċilità tan-negozjar kif definit fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
▼M1
(20)
“ELTIF alimentatur” ifisser ELTIF, jew kompartiment ta’ investiment tiegħu, li jkun ġie approvat biex jinvesti mill-inqas 85 % tal-assi tiegħu f’unitajiet jew ishma ta’ ELTIF ieħor jew kompartiment ta’ investiment ta’ ELTIF;
(21)
“ELTIF prinċipali” ifisser ELTIF, jew kompartiment ta’ investiment tiegħu, li fih ELTIF ieħor jinvesti mill-inqas 85 % tal-assi tiegħu f’unitajiet jew ishma.
▼B
|
|
Artikolu 3 L-awtorizzazzjoni u r-reġistru pubbliku ċentrali
|
|
|
Artikolu 4 Id-deżinjazzjoni u l-projbizzjoni fuq transformazzjoni
|
|
|
Artikolu 5 Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala ELTIF
|
|
|
Artikolu 6 Kundizzjonijiet għall-għoti ta' awtorizzazzjoni bħala ELTIF
|
|
|
Artikolu 7 Ir-regoli applikabbli u r-responsabbiltajiet
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0760
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|