+Artikolu 11 Impriża ta' portafoll li tikkwalifika
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
|
Artikolu 11 Impriża ta' portafoll li tikkwalifika
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
Impriża ta’ portafoll kwalifikanti għandha tkun impriża li tissodisfa, fil-mument tal-investiment inizjali, ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
ma tkunx impriża finanzjarja, sakemm:
(i)
ma tkunx impriża finanzjarja li ma hijiex kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja b’attività mħallta; u
(ii)
dik l-impriża finanzjarja ma tkunx ġiet awtorizzata jew irreġistrata aktar reċentement minn ħames snin qabel id-data tal-investiment inizjali;
(b)
tkun impriża li:
(i)
ma tkunx ammessa għan-negozjar f’suq regolat jew f’faċilità multilaterali tan-negozjar; jew
(ii)
li tkun ammessa għall-kummerċ f’suq regolat jew f’faċilità tal-kummerċ multilaterali u jkollha kapitalizzazzjoni tas-suq ta’ mhux aktar minn EUR 1 500 000 000 ;
(c)
tkun stabbilita fi Stat Membru, jew f’pajjiż terz sakemm il-pajjiż terz:
(i)
ma jkunx identifikat bħala pajjiż terz b’riskju għoli elenkat fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
7
);
(ii)
ma tkunx imsemmija fl-Anness I għall-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa.
|
|
Artikolu 11 2.
|
B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, impriża ta' portafoll li tikkwalifika tista' tkun impriża finanzjarja li tiffinanzja esklużivament l-impriżi ta' portafoll li jikkwalifikaw msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew l-assi reali msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 10.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0760
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|