|
+Artikolu 16 1. |
Artikolu 16 1.ELTIF jista’ jissellef flus sakemm dan is-self jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
jirrappreżenta mhux aktar minn 50 % tal-valur nett tal-assi tal-ELTIF f’każ tal-ELTIFs li jistgħu jiġu kkummerċjalizzati lil investituri fil-livell tal-konsumatur, u mhux aktar minn 100 % tal-valur nett tal-assi tal-ELTIF fil-każ ta’ ELTIFs ikkummerċjalizzati biss lil investituri professjonali;
(b)
iservi l-iskop li jsiru investimenti jew li tiġi pprovduta likwidità, inkluż li jitħallsu l-kostijiet u l-ispejjeż, dment li l-parteċipazzjonijiet fi flus kontanti jew f’ekwivalenti għal flus kontanti tal-ELTIF ma jkunux biżżejjed biex isir l-investiment ikkonċernat;
(c)
jiġi kkuntrattat fl-istess munita bħall-assi li għandhom jiġu akkwistati bil-flus missellfa, jew f’munita oħra meta l-iskopertura għall-munita tkun ġiet iħħeġġjata kif xieraq;
(d)
ikollu maturità mhux itwal mill-ħajja tal-ELTIF. Meta jissellef flus kontanti, ELTIF jista’ jaggrava assi biex jimplimenta l-istrateġija ta’ self tiegħu. L-arranġamenti ta’ teħid b’self li huma koperti bis-sħiħ mill-impenji ta’ kapital tal-investituri ma għandhomx jitqiesu li jkunu teħid b’self għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|