+Artikolu 16 It-teħid b’self ta’ flus kontanti
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
|
Artikolu 16 It-teħid b’self ta’ flus kontanti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1.
|
ELTIF jista’ jissellef flus sakemm dan is-self jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
jirrappreżenta mhux aktar minn 50 % tal-valur nett tal-assi tal-ELTIF f’każ tal-ELTIFs li jistgħu jiġu kkummerċjalizzati lil investituri fil-livell tal-konsumatur, u mhux aktar minn 100 % tal-valur nett tal-assi tal-ELTIF fil-każ ta’ ELTIFs ikkummerċjalizzati biss lil investituri professjonali;
(b)
iservi l-iskop li jsiru investimenti jew li tiġi pprovduta likwidità, inkluż li jitħallsu l-kostijiet u l-ispejjeż, dment li l-parteċipazzjonijiet fi flus kontanti jew f’ekwivalenti għal flus kontanti tal-ELTIF ma jkunux biżżejjed biex isir l-investiment ikkonċernat;
(c)
jiġi kkuntrattat fl-istess munita bħall-assi li għandhom jiġu akkwistati bil-flus missellfa, jew f’munita oħra meta l-iskopertura għall-munita tkun ġiet iħħeġġjata kif xieraq;
(d)
ikollu maturità mhux itwal mill-ħajja tal-ELTIF.
Meta jissellef flus kontanti, ELTIF jista’ jaggrava assi biex jimplimenta l-istrateġija ta’ self tiegħu. L-arranġamenti ta’ teħid b’self li huma koperti bis-sħiħ mill-impenji ta’ kapital tal-investituri ma għandhomx jitqiesu li jkunu teħid b’self għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 16 2.
|
Il-maniġer tal-ELTIF għandu jispeċifika fil-prospett tal-ELTIF jekk l-ELTIF għandux il-ħsieb li jissellef flus bħala parti mill-istrateġija ta’ investiment tal-ELTIF u, jekk dan ikun il-każ, għandu jispeċifika fih il-limiti ta’ teħid ta’ self.
|
|
Artikolu 16 3.
|
Il-limiti ta’ teħid ta’ self li għandhom jiġu speċifikati fil-prospett kif imsemmi fil-paragrafu 2 għandhom japplikaw biss mid-data speċifikata fir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-ELTIF. Dik id-data ma għandhiex tkun aktar tard minn tliet snin wara d-data li fiha tkun bdiet il-kummerċjalizzazzjoni tal-ELTIF.
|
|
Artikolu 16 4.
|
Il-limiti ta’ teħid ta’ self imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), għandhom jiġu sospiżi temporanjament meta l-ELTIF jiġbor kapital addizzjonali jew inaqqas il-kapital eżistenti tiegħu. Tali sospensjoni għandha tkun limitata fiż-żmien għall-perjodu li huwa strettament meħtieġ filwaqt li jitqiesu l-interessi tal-investituri fl-ELTIF u, fi kwalunkwe każ, ma għandhiex iddum aktar minn 12-il xahar.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0760
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|