+Artikolu 17 L-applikazzjoni tas-sura tal-portafoll u r-regoli ta' diversifikazzjoni
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
|
Artikolu 17 L-applikazzjoni tas-sura tal-portafoll u r-regoli ta' diversifikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
Ir-rekwiżiti ta’ kompożizzjoni u ta’ diversifikazzjoni tal-portafoll stabbiliti fl-Artikolu 13 għandhom:
(a)
japplikaw sad-data speċifikata fir-regoli jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-ELTIF;
(b)
ma jibqgħux japplikaw ladarba l-ELTIF jibda jbigħ l-assi sabiex jirrimborża l-unitajiet jew l-ishma tal-investituri wara tmiem ħajjet l-ELTIF;
(c)
jiġu temporanjament sospiżi meta ELTIF jiġbor kapital addizzjonali jew inaqqas il-kapital eżistenti tiegħu, sakemm tali sospensjoni ma tkunx itwal minn 12-il xahar.
Id-data msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandha tieħu kont tal-karatteristiċi partikulari u l-karatteristiċi tal-assi li ser jiġu investiti mill-ELTIF, u m'għandhiex tkun aktar tard jew minn ħames snin wara d-data tal-awtorizzazzjoni bħala ELTIF, jew inkella nofs il-ħajja tal-ELTIF kif determinat skont l-Artikolu 18 (3), skont liema tiġi l-ewwel. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-awtorità kompetenti tal-ELTIF, meta jiġi ppreżentat pjan ta' investiment debitament ġustifikat, tista' tapprova estensjoni ta' dan il-limitu ta' żmien b' mhux iktar minn sena.
|
|
Artikolu 17 2.
|
Meta assi ta' terminu twil li ELTIF ikun investa fih jinħareġ minn impriża ta' portafoll li tikkwalifika, li m'għadhiex konformi mal-punt (b) tal-Artikolu 11(1), l-assi ta' terminu twil jista' jkompli jingħadd għall-iskop tal-kalkolu tal-limitu ta' investiment msemmi fl-Artikolu 13(1) għall-massimu ta' tliet snin mid-data li fiha l-impriża ta' portafoll li tikkwalifika ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti tal-punt (b) tal-Artikolu 11(1).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0760
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|