+Artikolu 29 7.
|
Artikolu 29 7.
Meta l-ELTIF prinċipali u l-ELTIF alimentatur ikollhom depożitarji differenti, dawk id-depożitarji għandhom jidħlu fi ftehim ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni sabiex jiżguraw it-twettiq tad-dmirijiet taż-żewġ depożitarji. L-ELTIF alimentatur ma għandux jinvesti f’unitajiet jew ishma tal-ELTIF prinċipali qabel ma tali ftehim ikun sar effettiv. Meta jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu, la d-depożitarju tal-ELTIF prinċipali u lanqas dak tal-ELTIF alimentatur ma għandhom jinstabu li jkunu qed jiksru kwalunkwe regola li tirrestrinġi d-divulgazzjoni tal-informazzjoni jew li tirrigwardja l-protezzjoni tad-data, fejn tali regoli jkunu previsti f’kuntratt jew f’liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva. Tali konformità ma għandha tagħti lok għall-ebda responsabbiltà min-naħa ta’ tali depożitarju jew kwalunkwe persuna li taġixxi f’ismu. L-ELTIF alimentatur jew, fejn applikabbli, il-maniġer tal-ELTIF alimentatur, għandhom ikunu inkarigati li jikkomunikaw lid-depożitarju tal-ELTIF alimentatur kwalunkwe informazzjoni dwar l-ELTIF prinċipali li hija meħtieġa għall-ikkompletar tad-dmirijiet tad-depożitarju tal-ELTIF alimentatur. Id-depożitarju tal-ELTIF prinċipali għandu jinforma minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-ELTIF prinċipali, tal-ELTIF alimentatur jew, fejn applikabbli, tal-maniġer u tad-depożitarju tal-ELTIF alimentatur, bi kwalunkwe irregolarità li jsib fir-rigward tal-ELTIF prinċipali li titqies li għandha impatt negattiv fuq l-ELTIF alimentatur.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0760
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|