+Artikolu 29 Dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw id-depożitarju ta' ELTIF kummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.
---+Artikolu 29 5.
---+Artikolu 29 6.
---+Artikolu 29 7.

Artikolu 29 Dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw id-depożitarju ta' ELTIF kummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 1.
B'deroga mill-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2011/61/UE, id-depożitarju ta' ELTIF kummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur għandu jkun entità tat-tip msemmi fl-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2009/65/KE.
Artikolu 29 2.
B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(13) u l-Artikolu 21(14) tad-Direttiva 2011/61/UE, id-depożitarju ta' ELTIF kummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur m' għandux ikun jista' jeżonera lilu nnifsu mir-responsabbiltà fl-eventwalità ta' telf ta' strumenti finanzjarji miżmuma f'kustodja minn parti terza.
Artikolu 29 3.
Ir-responsabbiltà tad-depożitarju msemmija fl-Artikolu 21(12) tad-Direttiva 2011/61/UE ma tkunx eskluża jew limitata bi ftehim meta l-ELTIF jiġi kummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur.
Artikolu 29 4.
Kwalunkwe ftehim li jikser il-paragrafu 3 għandu jkun null.
Artikolu 29 5.
L-assi miżmuma f'kustodja mid-depożitarju ta' ELTIF ma għandhomx jerġgħu jintużaw mid-depożitarju, jew minn xi parti terza li lilha tkun ġiet iddelegata l-funzjoni ta' kustodja, għall-akkont proprju. L-użu mill-ġdid jinkludi kwalunkwe tranżazzjoni li tinvolvi assi miżmuma f'kustodja inklużi, iżda mhux limitat għal, trasferiment, ippleġġjar, bejgħ u self.

L-assi miżmuma f'kustodja mid-depożitarju ta' ELTIF jistgħu jerġgħu jintużaw biss sakemm:

(a) 

l-użu mill-ġdid tal-assi jkun eżegwit akkont tal-ELTIF;

(b) 

id-depożitarju jkun qed iwettaq l-istruzzjonijiet tal-maniġer tal-ELTIF f'isem l-ELTIF;

(c) 

l-użu mill-ġdid ikun għall-benefiċċju tal-ELTIF u fl-interessi tad-detenturi tal-unitajiet jew tal-azzjonisti; u

(d) 

it-transazzjoni jkunu koperti minn kollateral ta' kwalità għolja u likwidu riċevut mill-ELTIF skont arranġament ta' trasferiment ta' titoli.

F'kull ħin, il-valur tas-suq tal-kollateral msemmi fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu għandu jammonta għal mill-inqas il-valur tas-suq tal-assi li ntużaw mill-ġdid flimkien ma' primjum.

Artikolu 29 6.
Fil-każ ta’ struttura prinċipali-alimentatriċi, l-ELTIF prinċipali għandu jipprovdi lill-ELTIF alimentatur id-dokumenti u l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tal-aħħar jissodisfa r-rekwiżiti stipulati ta’ dan ir-Regolament. Għal dak l-iskop, l-ELTIF alimentatur għandu jidħol fi ftehim mal-ELTIF prinċipali.

Il-ftehim imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun disponibbli, fuq talba u mingħajr ħlas, għat-titolari kollha tal-unitajiet jew tal-ishma. Fil-każ li kemm l-ELTIF prinċipali kif ukoll l-ELTIF alimentatur ikunu ġestiti mill-istess maniġer tal-ELTIF, il-ftehim jista’ jiġi sostitwit b’regoli interni dwar il-kondotta tal-operazzjonijiet li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 29 7.
Meta l-ELTIF prinċipali u l-ELTIF alimentatur ikollhom depożitarji differenti, dawk id-depożitarji għandhom jidħlu fi ftehim ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni sabiex jiżguraw it-twettiq tad-dmirijiet taż-żewġ depożitarji. L-ELTIF alimentatur ma għandux jinvesti f’unitajiet jew ishma tal-ELTIF prinċipali qabel ma tali ftehim ikun sar effettiv.

Meta jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu, la d-depożitarju tal-ELTIF prinċipali u lanqas dak tal-ELTIF alimentatur ma għandhom jinstabu li jkunu qed jiksru kwalunkwe regola li tirrestrinġi d-divulgazzjoni tal-informazzjoni jew li tirrigwardja l-protezzjoni tad-data, fejn tali regoli jkunu previsti f’kuntratt jew f’liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva. Tali konformità ma għandha tagħti lok għall-ebda responsabbiltà min-naħa ta’ tali depożitarju jew kwalunkwe persuna li taġixxi f’ismu.

L-ELTIF alimentatur jew, fejn applikabbli, il-maniġer tal-ELTIF alimentatur, għandhom ikunu inkarigati li jikkomunikaw lid-depożitarju tal-ELTIF alimentatur kwalunkwe informazzjoni dwar l-ELTIF prinċipali li hija meħtieġa għall-ikkompletar tad-dmirijiet tad-depożitarju tal-ELTIF alimentatur. Id-depożitarju tal-ELTIF prinċipali għandu jinforma minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-ELTIF prinċipali, tal-ELTIF alimentatur jew, fejn applikabbli, tal-maniġer u tad-depożitarju tal-ELTIF alimentatur, bi kwalunkwe irregolarità li jsib fir-rigward tal-ELTIF prinċipali li titqies li għandha impatt negattiv fuq l-ELTIF alimentatur.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0760
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.