+Artikolu 30 1.

Artikolu 30 1.

L-unitajiet jew l-ishma ta’ ELTIF jistgħu jiġu kkummerċjalizzati biss lil investitur fil-livell tal-konsumatur meta tkun twettqet valutazzjoni tal-adegwatezza f’konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2014/65/UE u tkun ingħatat dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza lil dak l-investitur fil-livell tal-konsumatur f’konformità mal-Artikolu 25(6), it-tieni u t-tielet subparagrafi, ta’ dik id-Direttiva.

Il-valutazzjoni tal-adegwatezza kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha titwettaq irrispettivament minn jekk l-unitajiet jew l-ishma tal-ELTIF ikunux akkwistati minn investituri fil-livell tal-konsumatur mingħand id-distributur jew il-maniġer tal-ELTIF, jew permezz tas-suq sekondarju f’konformità mal-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament.

Il-kunsens espliċitu tal-investitur fil-livell tal-konsumatur li jindika li l-investitur jifhem ir-riskji li jinvesti f’ELTIF għandu jinkiseb meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-valutazzjoni tal-adegwatezza ma tingħatax fil-kuntest ta’ konsulenza dwar l-investiment;

(b) 

l-ELTIF jitqies li ma jkunx adegwat għall-investitur fil-livell tal-konsumatur abbażi tal-valutazzjoni tal-adegwatezza mwettqa skont l-ewwel subparagrafu;

(c) 

l-investitur fil-livell tal-konsumatur ikun jixtieq jipproċedi bit-tranżazzjoni minkejja l-fatt li l-ELTIF jitqies mhux adegwat għal dak l-investitur.

Id-distributur jew il-maniġer tal-ELTIF, meta dan tal-aħħar joffri jew iqiegħed direttament unitajiet jew ishma ta’ ELTIF lil investitur fil-livell tal-konsumatur, għandu jistabbilixxi rekord kif imsemmi fl-Artikolu 25(5) tad-Direttiva 2014/65/UE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0760
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.