+Artikolu 30 Rekwiżiti speċifiċi li jikkonċernaw id-distribuzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ELTIFs lil investituri fil-livell tal-konsumatur
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.
---+Artikolu 30 5.
---+Artikolu 30 6.
---+Artikolu 30 7.
---+Artikolu 30 8.
|
Artikolu 30 Rekwiżiti speċifiċi li jikkonċernaw id-distribuzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ELTIFs lil investituri fil-livell tal-konsumatur
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30 1.
|
L-unitajiet jew l-ishma ta’ ELTIF jistgħu jiġu kkummerċjalizzati biss lil investitur fil-livell tal-konsumatur meta tkun twettqet valutazzjoni tal-adegwatezza f’konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2014/65/UE u tkun ingħatat dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza lil dak l-investitur fil-livell tal-konsumatur f’konformità mal-Artikolu 25(6), it-tieni u t-tielet subparagrafi, ta’ dik id-Direttiva. Il-valutazzjoni tal-adegwatezza kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha titwettaq irrispettivament minn jekk l-unitajiet jew l-ishma tal-ELTIF ikunux akkwistati minn investituri fil-livell tal-konsumatur mingħand id-distributur jew il-maniġer tal-ELTIF, jew permezz tas-suq sekondarju f’konformità mal-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament. Il-kunsens espliċitu tal-investitur fil-livell tal-konsumatur li jindika li l-investitur jifhem ir-riskji li jinvesti f’ELTIF għandu jinkiseb meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-valutazzjoni tal-adegwatezza ma tingħatax fil-kuntest ta’ konsulenza dwar l-investiment;
(b)
l-ELTIF jitqies li ma jkunx adegwat għall-investitur fil-livell tal-konsumatur abbażi tal-valutazzjoni tal-adegwatezza mwettqa skont l-ewwel subparagrafu;
(c)
l-investitur fil-livell tal-konsumatur ikun jixtieq jipproċedi bit-tranżazzjoni minkejja l-fatt li l-ELTIF jitqies mhux adegwat għal dak l-investitur.
Id-distributur jew il-maniġer tal-ELTIF, meta dan tal-aħħar joffri jew iqiegħed direttament unitajiet jew ishma ta’ ELTIF lil investitur fil-livell tal-konsumatur, għandu jistabbilixxi rekord kif imsemmi fl-Artikolu 25(5) tad-Direttiva 2014/65/UE.
|
|
Artikolu 30 2.
|
Id-distributur jew il-maniġer tal-ELTIF, meta dan tal-aħħar joffri jew iqiegħed direttament unitajiet jew ishma ta’ ELTIF lil investitur fil-livell tal-konsumatur, għandu joħroġ twissija ċara bil-miktub li tgħarraf lill-investitur fil-livell tal-konsumatur dwar li ġej:
(a)
meta l-ħajja ta’ ELTIF li jiġi offrut lil investituri fil-livell tal-konsumatur, jew li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom, taqbeż l-10 snin, li l-prodott tal-ELTIF jista’ ma jkunx adattat għall-investituri fil-livell tal-konsumatur li ma jistgħux isostnu tali impenn illikwidu u fit-tul;
(b)
meta r-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni ta’ ELTIF jipprevedu l-possibbiltà tat-tqabbil tal-unitajiet jew l-ishma tal-ELTIF kif imsemmi fl-Artikolu 19(2a), li d-disponibbiltà ta’ tali possibbiltà ma tiggarantix jew ma tintitolax lill-investitur fil-livell tal-konsumatur biex joħroġ jew jifdi l-unitajiet jew l-ishma tiegħu tal-ELTIF ikkonċernat.
|
|
Artikolu 30 3.
|
Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw meta l-investitur fil-livell tal-konsumatur ikun membru ta’ persunal superjuri, jew maniġer ta’ portafoll, direttur, uffiċjal, jew aġent jew impjegat tal-maniġer tal-ELTIF, jew ta’ affiljat tal-maniġer tal-ELTIF, u jkollu biżżejjed għarfien dwar l-ELTIF.
|
|
Artikolu 30 4.
|
ELTIF alimentatur għandu jiddivulga fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tiegħu li huwa jinvesti b’mod permanenti 85 % jew aktar mill-assi tiegħu f’unitajiet jew ishma tal-ELTIF prinċipali.
|
|
Artikolu 30 5.
|
Ir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni ta’ ELTIF ikkummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur fil-klassi rilevanti ta’ unitajiet jew ishma għandhom jistabbilixxu li l-investituri kollha jibbenefikaw minn trattament ugwali u li ma jingħata l-ebda trattament preferenzjali jew benefiċċju ekonomiku speċifiku lil investituri individwali jew gruppi ta’ investituri fi ħdan il-klassi jew klassijiet rilevanti.
|
|
Artikolu 30 6.
|
Il-forma ġuridika ta’ ELTIF ikkummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur ma għandiex twassal għal xi responsabbiltà ulterjuri għall-investitur fil-livell tal-konsumatur jew tirrikjedi xi impenji addizzjonali f’isem tali investitur, minbarra l-impenn ta’ kapital oriġinali.
|
|
Artikolu 30 7.
|
L-investituri fil-livell tal-konsumatur għandhom ikunu jistgħu, matul il-perjodu ta’ sottoskrizzjoni u matul perjodu ta’ ġimagħtejn wara l-iffirmar tal-ftehim inizjali ta’ impenn jew ta’ sottoskrizzjoni tal-unitajiet jew tal-ishma tal-ELTIF, jikkanċellaw is-sottoskrizzjoni tagħhom u jingħataw flushom lura mingħajr penali.
|
|
Artikolu 30 8.
|
Il-maniġer ta’ ELTIF ikkummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur għandu jistabbilixxi proċeduri u arranġamenti xierqa biex jittratta l-ilmenti tal-investituri fil-livell tal-konsumatur, li għandhom jippermettu lill-investituri fil-livell tal-konsumatur iressqu lmenti fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0760
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|