+Artikolu 31 Il-kummerċjalizzazzjoni ta' unitajiet jew ishma tal-ELTIFs
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
---+Artikolu 31 4.
---+Artikolu 31 5.
---+Artikolu 31 6.
---+Artikolu 31 7.

Artikolu 31 Il-kummerċjalizzazzjoni ta' unitajiet jew ishma tal-ELTIFs

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 31 1.
Il-maniġer ta' ELTIF għandu jkun jista' jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma ta' dak l-ELTIF lil investituri professjonali, u dawk fil-livell tal-konsumatur fl-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu man-notifika skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2011/61/UE.
Artikolu 31 2.
Il-maniġer ta' ELTIF għandu jkun jista' jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma ta' dak l-ELTIF lil investituri professjonali u fil-livell tal-konsumatur fl-Istati Membri ħlief fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-maniġer tal-ELTIF, fuq notifika skont l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2011/61/UE.
Artikolu 31 3.
Il-maniġer ta' ELTIF għandu, fir-rigward ta' kull ELTIF li jimmaniġġja, jispeċifika lill-awtoritajiet kompetenti jekk għandux l-intenzjoni jew le li jikkummerċjalizza l-ELTIF lil investituri fil-livell tal-konsumatur.
Artikolu 31 4.

Minbarra d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 31 u 32 tad-Direttiva 2011/61/UE, il-maniġer tal-ELTIF għandu jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti dan li ġej:

▼M1

(a) 

il-prospett tal-ELTIF; u

(b) 

id-dokument bl-informazzjoni ewlenija tal-ELTIF fl-eventwalità li jiġi kkummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 31 5.
Il-kompetenzi u s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikoli 31 u 32 tad-Direttiva 2011/61/UE għandhom jinftiehmu li qed jirreferu wkoll għall-kummerċjalizzazzjoni tal-ELTIFs lil investituri fil-livell tal-konsumatur u li jkopru r-rekwiżiti addizzjonali stipulati f'dan ir-Regolament.
Artikolu 31 6.
Minbarra s-setgħat tagħha stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31(3) tad-Direttiva 2011/61/UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-maniġer tal-ELTIF timpedixxi wkoll il-kummerċjalizzazzjoni ta' ELTIF jekk il-maniġer tal-ELTIF ma jikkonformax jew mhux se jkun konformi ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 31 7.
Minbarra s-setgħat tagħha stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 32(3) tad-Direttiva 2011/61/UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-maniġer tal-ELTIF għandha tirrifjuta wkoll it-trażmissjoni ta' fajl komplut ta' notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-ELTIF huwa intiż li jiġi kkummerċjalizzat jekk il-maniġer tal-ELTIF ma jikkonformax ma' dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0760
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.