|
+Artikolu 37 1. |
Artikolu 37 1.Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għandha tanalizza mill-inqas l-elementi li ġejjin:
(a)
il-punt sa fejn l-ELTIFs huma kkummerċjalizzati fl-Unjoni, inkluż jekk l-AIFMs imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2011/61/UE jistax ikollhom interess fil-kummerċjalizzazzjoni tal-ELTIFs;
(b)
l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-ELTIFs, kif stabbilit fl-Artikoli minn 3 sa 6;
(c)
jekk id-dispożizzjonijiet dwar ir-reġistru pubbliku ċentrali tal-ELTIFs kif stipulati fl-Artikolu 3 għandhomx jiġu aġġornati;
(d)
jekk il-lista ta’ assi u investimenti eliġibbli, ir-rekwiżiti ta’ kompożizzjoni u ta’ diversifikazzjoni tal-portafoll, ir-regoli dwar il-konċentrazzjoni u l-limiti rigward it-teħid b’self ta’ flus, għandhomx jiġu aġġornati.
(e)
l-impatt tal-applikazzjoni tal-limiti ta’ investiment għall-assi ta’ investiment eliġibbli stipulata fl-Artikolu 13(1) fuq id-diversifikazzjoni tal-assi;
(f)
jekk jenħtieġx li d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kunflitti ta’ interess stabbiliti fl-Artikolu 12 jiġu aġġornati;
(g)
l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 u l-impatt ta’ dik l-applikazzjoni fuq il-politika ta’ rimbors u l-ħajja tal-ELTIFs;
(h)
jekk ir-rekwiżiti ta’ trasparenza stabbiliti fil-Kapitolu IV humiex xierqa;
(i)
jekk id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kummerċjalizzazzjoni ta’ unitajiet jew ishma tal-ELTIFs stipulati fil-Kapitolu V humiex xierqa u jiżgurawx protezzjoni effettiva tal-investituri, inklużi l-investituri fil-livell tal-konsumatur;
(j)
jekk l-ELTIFs għamlux kontribut sinifikanti biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni bħal dawk stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew u f’oqsma prijoritarji oħra. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|