+Artikolu 37 Rieżami
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.
|
Artikolu 37 Rieżami
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 37 1.
|
Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għandha tanalizza mill-inqas l-elementi li ġejjin:
(a)
il-punt sa fejn l-ELTIFs huma kkummerċjalizzati fl-Unjoni, inkluż jekk l-AIFMs imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2011/61/UE jistax ikollhom interess fil-kummerċjalizzazzjoni tal-ELTIFs;
(b)
l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-ELTIFs, kif stabbilit fl-Artikoli minn 3 sa 6;
(c)
jekk id-dispożizzjonijiet dwar ir-reġistru pubbliku ċentrali tal-ELTIFs kif stipulati fl-Artikolu 3 għandhomx jiġu aġġornati;
(d)
jekk il-lista ta’ assi u investimenti eliġibbli, ir-rekwiżiti ta’ kompożizzjoni u ta’ diversifikazzjoni tal-portafoll, ir-regoli dwar il-konċentrazzjoni u l-limiti rigward it-teħid b’self ta’ flus, għandhomx jiġu aġġornati.
(e)
l-impatt tal-applikazzjoni tal-limiti ta’ investiment għall-assi ta’ investiment eliġibbli stipulata fl-Artikolu 13(1) fuq id-diversifikazzjoni tal-assi;
(f)
jekk jenħtieġx li d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kunflitti ta’ interess stabbiliti fl-Artikolu 12 jiġu aġġornati;
(g)
l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 u l-impatt ta’ dik l-applikazzjoni fuq il-politika ta’ rimbors u l-ħajja tal-ELTIFs;
(h)
jekk ir-rekwiżiti ta’ trasparenza stabbiliti fil-Kapitolu IV humiex xierqa;
(i)
jekk id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kummerċjalizzazzjoni ta’ unitajiet jew ishma tal-ELTIFs stipulati fil-Kapitolu V humiex xierqa u jiżgurawx protezzjoni effettiva tal-investituri, inklużi l-investituri fil-livell tal-konsumatur;
(j)
jekk l-ELTIFs għamlux kontribut sinifikanti biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni bħal dawk stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew u f’oqsma prijoritarji oħra.
|
|
Artikolu 37 2.
|
Abbażi tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha sal-10 ta’ April 2030, u wara li tikkonsulta lill-ESMA, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jivvaluta l-kontribut ta’ dan ir-Regolament u tal-ELTIFs għat-tlestija tal-unjoni tas-swieq kapitali u għall-ilħuq tal-għanijiet stipulati fl-Artikolu 1(2). Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposta leġiżlattiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0760
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|