+Artikolu 37a Rieżami tal-aspetti ta’ sostenibbiltà tal-ELTIFs

Artikolu 37a Rieżami tal-aspetti ta’ sostenibbiltà tal-ELTIFs

Artikolu 37a

Rieżami tal-aspetti ta’ sostenibbiltà tal-ELTIFs

Sal-11 ta’ Jannar 2026, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva, dwar mill-inqas dan li ġej:

(a) 

jekk il-ħolqien ta’ deżinjazzjoni fakultattiva ta’ “ELTIF ikkummerċjalizzat bħala ambjentalment sostenibbli” jew “ELTIF ekoloġiku” huwiex fattibbli, u b’mod partikolari:

(i) 

jekk tali deżinjazzjoni għandhiex tkun riżervata għall-ELTIFs li jkunu prodotti finanzjarji li għandhom l-investiment sostenibbli bħala l-objettiv tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 );

(ii) 

jekk tali deżinjazzjoni għandhiex tkun riżervata għal ELTIFs li jinvestu l-assi eliġibbli kollha jew parti sinifikanti minnhom jew l-assi totali tagħhom f’attivitajiet sostenibbli u, jekk ikun il-każ, kif għandha tiġi definita l-parti sinifikanti;

(iii) 

jekk l-attivitajiet sostenibbli jistgħux jintrabtu mal-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) u 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 );

(b) 

jekk għandux ikun hemm obbligu ġenerali li l-ELTIFs jikkonformaw fid-deċiżjonijiet ta’ investiment tagħhom mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” skont it-tifsira tal-Artikolu 2a tar-Regolament (UE) 2019/2088, jew jekk dak l-obbligu għandux ikun limitat għal ELTIFs ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli jew bħala ELTIFs ekoloġiċi, fl-eventwalità li tali deżinjazzjoni fakultattiva titqies fattibbli;

(c) 

jekk hemmx xi potenzjal li l-qafas għall-ELTIFs jittejjeb billi jingħata kontribut aktar sinifikanti għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, mingħajr ma tiġi mminata n-natura tal-ELTIFs.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0760
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.