+Artikolu 9
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.

Artikolu 9

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.
Il-maniġers ta' fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti għandhom jidentifikaw u jevitaw il-kunflitti ta’ interess u, fejn dawn ma jistgħux ikunu evitati, jiġġestixxu u jimmonitorjaw u, f'konformità mal-paragrafu 4, jiżvelaw minnufih, dawk il-kunflitti ta’ interess sabiex ma jitħallewx jaffettwaw ħażin l-interessi tal-fondi ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti u l-investituri fihom u biex jiżguraw li l-fondi ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti ġestiti minnhom jiġu ttrattati b’mod ġust.
Artikolu 9 2.

Il-maniġers ta' fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti għandhom jidentifikaw b’mod partikolari dawk il-kunflitti ta’ interess li jistgħu inħolqu bejn:

(a) 

il-maniġers ta' fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti, il-persuni li effettivament iwettqu n-negozju tal-maniġer tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti, l-impjegati ta', jew kwalunkwe persuna li direttament jew indirettament jikkontrollaw jew huma kkontrollati mill-maniġer tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti, u l-fond ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti ġestit mill-maniġers ta' fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti jew l-investituri fih;

(b) 

il-fond ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti jew l-investituri fih, u fond ieħor ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti ġestit mill-istess maniġer, jew l-investituri fih;

(c) 

il-fond ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti jew l-investituri fih, u impriża ta' investiment kollettiv jew UCITS ġestiti mill-istess maniġer, jew l-investituri fih.

Artikolu 9 3.
Il-maniġers ta' fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti għandhom iżommu u joperaw arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effettivi sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 9 4.
Għandhom jiġu żvelati kunflitti ta’ interess kif imsemmi fil-paragrafu 1 fejn l-arranġamenti organizzattivi magħmula mill-maniġer tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti biex jidentifika, jevita, jiġġestixxi u jimmonitorja l-kunflitti ta’ interess ma jkunux suffiċjenti biex jiżguraw, b’fiduċja raġonevoli, li riskji ta’ ħsara għall-interessi tal-investituri se jkunu evitati. Il-maniġers ta' fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti għandhom jiżvelaw f'termini ċari n-natura jew is-sorsi tal-kunflitti ta’ interess lill-investituri qabel iwettqu n-negozju f’isimhom.
Artikolu 9 5.

Il-Kummissjoni b'dan tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 25 u tispeċifika:

(a) 

it-tipi ta’ kunflitti ta’ interess imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(b) 

il-passi li l-maniġers ta' fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti għandhom iwettqu, f’termini tal-istrutturi u l-proċeduri organizzattivi u amministrattivi sabiex jidentifikaw, jevitaw, jiġġestixxu, jimmonitorjaw u jiżvelaw il-kunflitti ta’ interess.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0345
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.