+Artikolu 10
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
---+Artikolu 10 6.
|
Artikolu 10
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
Fi kwalunkwe ħin, il-maniġers ta' fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti għandu jkollhom suffiċjentement fondi tagħhom stess u għandhom jużaw riżorsi umani u tekniċi adegwati u adattati kif ikun meħtieġ għall-ġestjoni korretta tal-fondi ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti li huma jiġġestixxu.
|
|
Artikolu 10 2.
|
Kemm il-fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti mmaniġġjati internament kif ukoll il-maniġers esterni ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti għandu jkollhom kapital tal-bidu ta’ EUR 50 000 .
|
|
Artikolu 10 3.
|
Il-fondi proprji għandhom f’kull żmien jammontaw għal mill-inqas wieħed minn tmienja tal-ispejjeż ġenerali fissi li l-istess maniġer ikun ġarrab fis-sena preċedenti. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tista’ taġġusta dak ir-rekwiżit fil-każ ta’ modifika materjali li tkun seħħet fin-negozju tal-maniġer mis-sena preċedenti. Meta l-maniġer ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti ma jkunx wettaq sena ta’ negozju, ir-rekwiżit għandu jammonta għal wieħed minn tmienja tal-ispejjeż ġenerali fissi mistennija fil-pjan tan-negozju tiegħu, sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ma tkunx tirrikjedi aġġustament għal dak il-pjan.
|
|
Artikolu 10 4.
|
Meta l-valur tal-fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti mmaniġġjati mill-maniġer jaqbeż il-EUR 250 000 000 , il-maniġer għandu jipprovdi ammont addizzjonali ta’ fondi proprji. Dak l-ammont addizzjonali għandu jkun ugwali għal 0,02 % tal-ammont li bih il-valur totali tal-fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti jaqbeż EUR 250 000 000 .
|
|
Artikolu 10 5.
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tista’ tawtorizza lill-maniġer ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti biex ma jipprovdix sa 50 % tal-ammont addizzjonali ta’ fondi proprji msemmijin fil-paragrafu 4 jekk dak il-maniġer jibbenefika minn garanzija għall-istess ammont mogħtija minn istituzzjoni tal-kreditu jew minn impriża tal-assigurazzjoni li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru, jew f’pajjiż terz fejn tkun soġġetta għal regoli prudenzjali li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tikkunsidra bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 10 6.
|
Il-fondi proprji għandhom jiġu investiti f’assi likwidi jew f’assi li jkunu faċilment konvertibbli f’kontanti fi żmien qasir u ma għandhomx jinkludu pożizzjonijiet spekulattivi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0345
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|