+Artikolu 14a
---+Artikolu 14a 1.
---+Artikolu 14a 2.
---+Artikolu 14a 3.
---+Artikolu 14a 4.
---+Artikolu 14a 5.
---+Artikolu 14a 6.
---+Artikolu 14a 7.
---+Artikolu 14a 8.
---+Artikolu 14a 9.
---+Artikolu 14a 10.
|
Artikolu 14a
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14a 1.
|
Maniġers ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv awtorizzati permezz tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE għandhom japplikaw għal reġistrazzjoni tal-fondi ta’ kapital ta’ riskju li għalihom bi ħsiebhom jużaw id-denominazzjoni “EuVECA”.
|
|
Artikolu 14a 2.
|
L-applikazzjoni tar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir lill-awtorità kompetenti tal-fond ta’ kapital ta’ riskju u għandha tinkludi dan li ġej:
(a)
ir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti;
(b)
l-informazzjoni dwar l-identità tad-depożitarju;
(c)
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1);
(d)
lista ta’ Stati Membri li fihom il-maniġers imsemmija fil-paragrafu 1 stabbilixxew, jew għandhom biħsiebhom jistabbilixxu, fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti.
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-informazzjoni dwar l-arranġamenti magħmula għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Kapitolu II għandhom jirreferu għall-arranġamenti li saru biex ikun hemm konformità mal-Artikoli 5 u 6 u l-punti (c) u (i) tal-Artikolu 13(1).
|
|
Artikolu 14a 3.
|
Meta l-awtorità kompetenti ta’ fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jkunu differenti, l-awtorità kompetenti tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti għandha titlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jekk il-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-maniġer li jiġġestixxi l-AIFs u jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 14(2) humiex issodisfati. L-awtorità kompetenti tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti tista’ titlob ukoll lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju kjarifika u informazzjoni rigward id-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tipprovdi tweġiba fi żmien xahar mid-data li fiha hija tkun irċeviet it-talba mressqa mill-awtorità kompetenti tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti.
|
|
Artikolu 14a 4.
|
Il-maniġers kif imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu rikjesti jipprovdu informazzjoni jew dokumenti li jkunu diġà pprovdew skont id-Direttiva 2011/61/UE.
|
|
Artikolu 14a 5.
|
Wara li tkun ivvalutat id-dokumentazzjoni li tirċievi f’konformità mal-paragrafu 2, u wara li tkun irċeviet kwalunkwe kjarifika u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti rilevanti tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti għandha tirreġistra fond bħala fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti jekk il-maniġer ta’ dak il-fond jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(2).
|
|
Artikolu 14a 6.
|
L-awtorità kompetenti tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti għandha tinforma lill-maniġer kif imsemmi fil-paragrafu 1 jekk dak il-fond ġiex irreġistrat bħala fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti mhux aktar tard minn xahrejn wara li dak il-maniġer ikun pprovda d-dokumentazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 14a 7.
|
Ir-reġistrazzjoni skont dan l-Artikolu għandha tkun valida fit-territorju kollu tal-Unjoni u għandha tippermetti l-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawk il-fondi fl-Unjoni kollha taħt id-denominazzjoni “EuVECA”.
|
|
Artikolu 14a 8.
|
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji tekniċi sabiex tispeċifika ulterjorment l-informazzjoni li għandha tiġi tingħata lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-paragrafu 2. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 14a 9.
|
Bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fuq forom, mudelli u proċeduri standard għall-għoti ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 2. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 14a 10.
|
L-ESMA għandha torganizza u twettaq reviżjonijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 sabiex tissaħħaħ il-konsistenza tal-proċessi ta’ reġistrazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0345
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|