+Artikolu 18
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 1a.
---+Artikolu 18 1b.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.

Artikolu 18

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandha tissorvelja l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Artikolu 18 1a.
Għall-maniġers kif imsemmija fl-Artikolu 2(2), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tkun responsabbli mis-superviżjoni tal-konformità u tal-adegwatezza tal-arranġamenti u l-organizzazzjoni tal-maniġer sabiex dak il-maniġer ikun f’pożizzjoni li jikkonforma mal-obbligi u r-regoli li huma relatati mal-kostituzzjoni u l-funzjonament tal-fondi kollha ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti li jimmaniġġja.
Artikolu 18 1b.
Għal fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti ġestit minn maniġer kif imsemmi fl-Artikolu 2(2), l-awtorità kompetenti tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti għandha tkun responsabbli mis-superviżjoni tal-konformità tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti mar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6 u fil-punti (c) u (i) tal-Artikolu 13(1). L-awtorità kompetenti tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti għandha tkun responsabbli wkoll mis-superviżjoni tal-konformità ta’ dak il-fond mal-obbligi stabbiliti fir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-fond.
Artikolu 18 2.
Fejn ikun hemm raġunijiet ċari u dimostrabbli li jwasslu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti biex temmen li maniġer tal-fond ta' kapital ta' riskju jkun kiser dan ir-Regolament fi ħdan it-territorju tagħha, din għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju b’dan. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tieħu miżuri xierqa.
Artikolu 18 3.
Jekk il-maniġer ta' fond ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti jippersisti li jaġixxi b'mod ċar bi ksur ta' dan ir-Regolament, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jew jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tonqos milli tieħu azzjoni fi żmien raġonevoli, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista', wara li tinforma l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, tieħu l-miżuri xierqa kollha meħtieġa sabiex tipproteġi l-investituri, inkluża l-projbizzjoni tal-maniġer tal-fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti milli jwettaq kwalunkwe kummerċjalizzazzjoni ulterjuri tal-fondi ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0345
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.