+Artikolu 37 Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 37 3.
---+Artikolu 37 4.
---+Artikolu 37 4a.
---+Artikolu 37 5.
---+Artikolu 37 6.
---+Artikolu 37 7.
---+Artikolu 37 8.

Artikolu 37 Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 37 1.

Biex jgħinu fil-faċilitazzjoni tal-konsultazzjoni mal-partijiet interessati f’oqsma rilevanti għall-kompiti tal-Awtorità, għandhom jiġu stabbiliti Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol (minn hawn ‘l quddiem flimkien imsejħa “Gruppi tal-Partijiet Interessati”). Il-Gruppi tal-Partijiet Interessati għandhom ikunu kkonsultati dwar azzjonijiet meħuda f’konformità mal-Artikoli 10 sa 15 dwar l-istandards tekniċi regolatorji u tekniċi implimentattivi u, sal-punt li dawn ma jikkonċernawx lill-istituzzjonijiet finanzjarji individwali, l-Artikolu 16 dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet. Jekk ikollhom jittieħdu azzjonijiet b’mod urġenti u l-konsultazzjoni ssir impossibbli, il-Gruppi tal-Partijiet Interessati għandhom jiġu mgħarrfa kemm jista’ jkun malajr.

Il-Gruppi tal-Partijiet Interessati għandhom jiltaqgħu mill-anqas erba’ darbiet fis-sena. Huma jistgħu, flimkien, jiddiskutu oqsma ta’ interess reċiproku u jinfurmaw lil xulxin bil-kwistjonijiet l-oħra li qed jiġu diskussi.

Il-membri ta’ grupp wieħed ta’ partijiet interessati jistgħu jkunu wkoll membri tal-grupp l-ieħor tal-partijiet interessati.

Artikolu 37 2.

Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni għandu jkun kompost minn 30 membru. Dawk il-membri għandhom ikunu magħmulin minn:

(a) 

13-il membru li jirrappreżentaw, b’mod proporzjonat, l-impriżi fl-oqsma tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni li joperaw fl-Unjoni, li minnhom tlieta għandhom jirrappreżentaw l-assiguraturi jew ir-riassiguraturi kooperattivi u mutwali;

(b) 

13-il membru li jirrappreżentaw lir-rappreżentanti tal-impjegati tal-impriżi fil-qasam tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni li joperaw fl-Unjoni, lill-konsumaturi, l-utenti tas-servizzi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, ir-rappreżentanti tal-SMEs u r-rappreżentanti ta’ assoċjazzjonijiet professjonali rilevanti; u

(c) 

erba’ membri li huma akkademiċi indipendenti fl-ogħla karigi.

Artikolu 37 3.

Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandu jkun kompost minn 30 membru. Dawk il-membri għandhom ikunu magħmulin minn:

(a) 

13-il membru li jirrappreżentaw b’mod proporzjonat istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar mix-xogħol li joperaw fl-Unjoni;

(b) 

13-il membru li jirrappreżentaw lil rappreżentanti tal-impjegati, rappreżentanti tal-benefiċjarji, rappreżentanti tal-SMEs u rappreżentanti ta’ assoċjazzjonijiet professjonali rilevanti; u

(c) 

erba’ membri li humaakkademiċi indipendenti fl-ogħla karigi.

Artikolu 37 4.
Il-membri tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati għandhom jinħatru mill-Bord tas-Superviżuri, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Fit-teħid tad-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tas-Superviżuri għandu, sa fejn ikun possibbli, jiżgura li jirrifletti adegwatament id-diversità tas-setturi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kif ukoll tas-settur tal-pensjoni okkupazzjonali, bilanċ u rappreżentanza ġeografika u tas-sessi tal-partijiet interessati madwar l-Unjoni kollha. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati għandhom jintgħażlu skont il-kwalifiki, il-ħiliet, l-għarfien rilevanti u l-għarfien espert ipprovat tagħhom.
Artikolu 37 4a.
Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati rilevanti għandhom jeleġġu President minn fost il-membri tiegħu. Il-kariga tal-President għandha tinżamm għal perjodu ta’ sentejn.

Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-President ta’ kwalunkwe Grupp tal-Partijiet Interessati biex jagħmel dikjarazzjoni quddiemu u jwieġeb kwalunkwe mistoqsija mill-membri tiegħu kull meta jintalab jagħmel dan.

Artikolu 37 5.

L-Awtorità għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa soġġetta għas-segretezza professjonali, kif stipulat fl-Artikolu 70 ta’ dan ir-Regolament, u tiżgura appoġġ segretarjali adegwat għall-Gruppi tal-Partijiet Interessati. Għandu jiġi pprovdut kumpens adegwat lill-membri tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati li jirrappreżentaw organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, bl-esklużjoni ta’ rappreżentanti tal-industrija. Dan il-kumpens għandu jqis il-ħidma preparatorja u ta’ segwitu tal-membri u għandu mill-inqas ikun ekwivalenti għar-rati ta’ rimborż ta’ uffiċjali skont it-Titolu V, Kapitolu 1, Taqsima 2 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 ( 14 ) (ir-Regolamenti tal-Persunal). Il-Gruppi tal-Partijiet Interessati jistgħu jistabbilixxu gruppi ta’ ħidma dwar kwistjonijiet tekniċi. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandhom iservu għal perjodu ta’ erba’ snin, u wara dan issir proċedura ġdida tal-għażla.

▼B

Il-membri tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati jistgħu jservu żewġ termini wara xulxin.

Artikolu 37 6.
Il-Gruppi tal-Partijiet Interessati jistgħu jippreżentaw opinjonijiet u pariri lill-Awtorità dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kompiti tal-Awtorità b’attenzjoni partikolari għall-kompiti stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 16, u 29, 30 u 32.

Fejn il-membri tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati ma jkunux jistgħu jaqblu dwar parir, terz tal-membri tagħhom jew il-membri li jirrappreżentaw grupp wieħed ta’ partijiet interessati għandhom jitħallew joħorġu parir separat.

Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni, il-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol, il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati u l-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq jistgħu joħorġu parir konġunt dwar kwistjonijiet relatati mal-ħidma tal-ASE taħt l-Artikolu 56 dwar il-pożizzjonijiet konġunti u l-atti komuni.

Artikolu 37 7.
Il-Gruppi tal-Partijiet Interessati għandhom jadottaw ir-regoli ta’ proċedura tagħhom abbażi tal-qbil ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri rispettivi tagħhom.
Artikolu 37 8.
L-Awtorità għandha tippubblika l-pariri tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati, il-pariri separati tal-membri tagħha, u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet tagħha kif ukoll informazzjoni dwar kif tqiesu l-pariri u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1094
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.