L-Awtorità għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa soġġetta għas-segretezza professjonali, kif stipulat fl-Artikolu 70 ta’ dan ir-Regolament, u tiżgura appoġġ segretarjali adegwat għall-Gruppi tal-Partijiet Interessati. Għandu jiġi pprovdut kumpens adegwat lill-membri tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati li jirrappreżentaw organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, bl-esklużjoni ta’ rappreżentanti tal-industrija. Dan il-kumpens għandu jqis il-ħidma preparatorja u ta’ segwitu tal-membri u għandu mill-inqas ikun ekwivalenti għar-rati ta’ rimborż ta’ uffiċjali skont it-Titolu V, Kapitolu 1, Taqsima 2 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (
14
) (ir-Regolamenti tal-Persunal). Il-Gruppi tal-Partijiet Interessati jistgħu jistabbilixxu gruppi ta’ ħidma dwar kwistjonijiet tekniċi. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandhom iservu għal perjodu ta’ erba’ snin, u wara dan issir proċedura ġdida tal-għażla.
▼B
Il-membri tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati jistgħu jservu żewġ termini wara xulxin.