+Artikolu 81 Reviżjoni
---+Artikolu 81 1.
---+Artikolu 81 2.
---+Artikolu 81 2a.
---+Artikolu 81 2b.
---+Artikolu 81 2c.
---+Artikolu 81 2d.
---+Artikolu 81 3.
---+Artikolu 81 4.

Artikolu 81 Reviżjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 81 1.

Sal-31 ta’ Diċembru 2021, u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ġenerali dwar l-esperjenza miksuba bħala riżultat tal-operat tal-Awtorità u l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa, fost affarijiet oħra:

(a) 

l-effettività u l-konverġenza fil-prattiki superviżorji miksuba mill-awtoritajiet kompetenti:

(i) 

l-indipendenza tal-awtoritajiet kompetenti u l-konverġenza fl-istandards ekwivalenti għall-governanza korporattiva;

▼B

(ii) 

l-imparzjalità, l-oġġettività u l-awtonomija tal-Awtorità;

(b) 

il-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri;

(c) 

il-progress miksub fit-triq għall-konverġenza fl-oqsma tal-prevenzjoni, il-ġestjoni u r-riżoluzzjoni tal-kriżijiet, inklużi mekkaniżmi relatati mal-finanzjament tal-Unjoni;

(d) 

ir-rwol tal-Awtorità fir-rigward tar-riskju sistemiku;

(e) 

l-applikazzjoni tal-klawsola ta’ salvagwardja stabbilita fl-Artikolu 38;

(f) 

l-applikazzjoni tar-rwol ta’ medjazzjoni vinkolanti stabbilita fl-Artikolu 19;

▼M3

(g) 

il-funzjonament tal-Kumitat Konġunt.

▼B

Artikolu 81 2.

Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jeżamina wkoll jekk:

(a) 

huwiex adatt li titkompla s-superviżjoni separata tas-settur banjarju, tal-assigurazzjoni, tal-pensjonijiet tax-xogħol, tat-titoli u tas-swieq finanzjarji;

(b) 

huwiex xieraq li titwettaqsuperviżjoni prudenzjali u li jiġi ssorveljat it-twettiq tan-negozju separatament jew mill-istess superviżur;

(c) 

huwiex xieraq li tiġi semplifikata u rinforzata l-istruttura tas-SESF sabiex tiżdied il- koerenza bejn il-livelli makro u mikro u bejn l-ASE;

(d) 

l-evoluzzjoni tas-SESF tkunx konsistenti mal-evoluzzjoni globali;

(e) 

hemmx diversità suffiċjenti u eċċellenza fi ħdan is-SESF;

(f) 

ir-responsabbiltà u t-trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti għall- pubblikazzjoni humiex xierqa;

(g) 

ir-riżorsi tal-Awtorità humiex adegwati biex hija twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha;

(h) 

huwiex adegwat li s-sede tal-Awtorità tinżamm jew jekk l-ASE jitmexxewx f’sede unika biex tittejjeb il-koordinazzjoni aħjar bejniethom.

Artikolu 81 2a.
Bħala parti mir-rapport ġenerali msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet u lill-partijiet interessati rilevanti kollha, għandha twettaq valutazzjoni komprensiva tal-applikazzjoni tal-Artikolu 9a.
Artikolu 81 2b.
Bħala parti mir-rapport ġenerali msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet u lill-partijiet interessati rilevanti kollha, għandha tagħmel valutazzjoni komprensiva tas-superviżjoni potenzjali taċ-ċentri ta’ negozjar ta’ pajjiżi terzi mill-Awtorità biex jiġu esplorati aspetti bħalma huma r-rikonoxximent abbażi tal-importanza sistemika, ir-rekwiżiti organizzazzjonali, il-konformità kontinwa, il-multi u l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali kif ukoll il-persunal u r-riżorsi. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis l-effetti fuq il-likwidità, inklużi d-disponibbiltà tal-aħjar prezz għall-investituri, l-aħjar eżekuzzjoni għall-klijenti tal-UE, l-ostakoli għall-aċċess u l-benefiċċji ekonomiċi għall-kontropartijiet tal-UE biex jinnegozjaw globalment kif ukoll l-iżvilupp tal-unjoni tas-swieq kapitali.
Artikolu 81 2c.
Bħala parti mir-rapport ġenerali msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta ill-awtoritajiet u lill-partijiet interessati rilevanti kollha, għandha tagħmel valutazzjoni komprensiva tas-superviżjoni potenzjali tas-CSDs ta’ pajjiż terzi mill-Awtorità biex jiġu esplorati aspetti bħalma huma r-rikonoxximent abbażi tal-importanza sistemika, ir-rekwiżiti organizzazzjonali, il-konformità kontinwa, il-multi u l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali kif ukoll il-persunal u r-riżorsi.
Artikolu 81 2d.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2b u 2c, flimkien ma’ kwalunkwe proposta leġiżlattiva, jekk dan ikun xieraq, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta’ Ġunju 2021.
Artikolu 81 3.
Rigward il-kwistjoni tas-superviżjoni diretta tal-istituzzjonijiet jew l-infrastrutturi ta’ skala pan-Ewropea u b’kont meħud tal-iżviluppi tas-suq, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport annwali dwar kemm hu adegwat li l-Awtorità tkun fdata b’aktar responsabbiltajiet superviżorji f’dan il-qasam.
Artikolu 81 4.
Ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumpanjah, kif xieraq, għandhom jiġu ppreżentati lill- Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1095
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.