|
+Artikolu 4 3 |
Artikolu 4 33. Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, u bl-objettiv li jiġu żgurati standards għoljin ta’ superviżjoni, il-BĊE għandu japplika l-liġi rilevanti kollha tal-Unjoni, u fejn din il-liġi tal-Unjoni hija magħmula minn Direttivi, il-leġislazjzoni nazzjonali li tittrasponi dawk id-Direttivi. Fejn il-liġi rilevanti tal-Unjoni tkun magħmula minn Regolamenti u fejn attwalment dawk ir-Regolamenti jagħtu opzjonijiet lill-Istati Membri, il-BĊE għandu japplika wkoll il-leġislazzjoni nazzjonali waqt li jeżerċita dawk l-opzjonijiet. Għal dak il-għan, il-BĊE għandu jadotta linji gwida u rakkomandazzjonijiet, u jieħu deċiżjonijiet soġġett għal u f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u b’mod partikolari kwalunkwe att leġislattiv u mhux leġislattiv, inklużi dawk imsemmija fl-Artikoli 290 u 291 TFUE. Hu għandu b’mod partikolari jkun soġġett għal standards tekniċi regolatorji u implimentattivi vinkolanti żviluppati mill-ABE u adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 10 sa 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, għall-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament, u għad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament dwar il-manwal superviżorju Ewropew żviluppat mill-ABE skont dak ir-Regolament. Il-BĊE jista’ jadotta wkoll Regolamenti sal-punt neċessarju biss li jiġu organizzati jew speċifikati l-arranġamenti għat-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu minn dan ir-Regolament. Qabel ma jadotta regolament, il-BĊE għandu jwettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa u janalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, sakemm dawn il-konsultazzjonijiet u analiżi ma jkunux sproporzjonati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-impatt tar-regolamenti kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tas-suġġett, f’liema każ il-BĊE għandu jiġġustifika dik l-urġenza. Fejn neċessarju, il-BĊE għandu jikkontrbiwixxi fi kwalunkwe rwol parteċipanti għall-iżvilupp ta’ abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji jew ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni mill-ABE skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jew għandu jiġbed l-attenzjoni tal-ABE għal ħtieġa potenzjali biex tibgħat lill-Kummissjoni abbozz ta’ standards li jemendaw l-istandards tekniċi regolatorji jew ta’ implimentazzjoni eżistenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|