2. Il-BĊE jista’, jekk ikkunsidrat neċessarju, minflok l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew nominati nazzjonali tal-Istat Membru parteċipanti, japplika rekwiżiti ogħla għal riżervi ta’ kapital minn dawk applikati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew nominati nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti li għandhom jinżammu mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-livell rilevanti skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni flimkien mar-rekwiżiti ta’ fondi proprji msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament, inklużi rati ta’ riżervi kontroċikliċi, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, u japplika miżuri aktar stretti li għandhom l-għan li jindirizzaw riskji sistemiċi jew makroprudenzjali fil-livell ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġett għall-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE fil-każijiet speċifikament stabbiliti fil-liġi rilevanti tal-Unjoni.