+Artikolu 5 Kompiti u strumenti makroprudenzjali
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5
|
Artikolu 5 Kompiti u strumenti makroprudenzjali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1
|
1. Kull meta adatt jew ikkunsidrat meħtieġ, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew l-awtoritajiet nominati nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti għandhom japplikaw rekwiżiti għal riżervi ta’ kapital li għandhom jinżammu mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-livell rilevanti skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni flimkien mar-rekwiżiti ta’ fondi proprji msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament, inklużi rati ta’ riżervi kontroċikliċi, u kwalunkwe miżura oħra li għandha l-għan li tindirizza riskji sistemiċi jew makroprudenzjali previsti, u soġġetti għall-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE fil-każijiet stabbiliti speċifikament fil-liġi rilevanti tal-Unjoni. Għaxart ijiem ta’ ħidma qabel ma tittieħed tali deċiżjoni, l-awtorità kkonċernata għandha tavża kif meħtieġ l-intenzjoni tagħha lill-BĊE. Meta l-BĊE joġġezzjona, dan għandu jagħti r-raġunijiet tiegħu bil-miktub fi żmien ħamest ijiem ta’ ħidma. L-awtorità kkonċernata għandha tqis kif meħtieġ ir-raġunijiet tal-BĊE qabel ma tipproċedi bid-deċiżjoni kif adatt.
|
|
Artikolu 5 2
|
2. Il-BĊE jista’, jekk ikkunsidrat neċessarju, minflok l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew nominati nazzjonali tal-Istat Membru parteċipanti, japplika rekwiżiti ogħla għal riżervi ta’ kapital minn dawk applikati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew nominati nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti li għandhom jinżammu mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-livell rilevanti skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni flimkien mar-rekwiżiti ta’ fondi proprji msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament, inklużi rati ta’ riżervi kontroċikliċi, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, u japplika miżuri aktar stretti li għandhom l-għan li jindirizzaw riskji sistemiċi jew makroprudenzjali fil-livell ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġett għall-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE fil-każijiet speċifikament stabbiliti fil-liġi rilevanti tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 5 3
|
3. Kwalunkwe awtorità kompetenti nazzjonali jew awtorità nominata nazzjonali tista’ tipproponi lill-BĊE biex jaġixxi skont il-paragrafu 2, sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni speċifika tas-sistema finanzjarja u l-ekonomija fl-Istat Membru tagħha.
|
|
Artikolu 5 4
|
4. Meta l-BĊE ikollu l-intenzjoni li jaġixxi skont il-paragrafu 2, huwa għandu jikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet nominati nazzjonali fl-Istati Membri kkonċernati. B’mod partikolari għandu jinnotifika l-intenzjoni tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew l-awtoritajiet nominati nazzjonali kkonċernati għaxart ijiem ta’ ħidma qabel ma tittieħed tali deċiżjoni. Meta xi waħda mill-awtoritajiet ikkonċernati toġġezzjona, din għandha tagħti r-raġunijiet tagħha bil-miktub fi żmien ħamest ijiem ta’ ħidma. Il-BĊE għandu jqis kif meħtieġ dwak ir-raġunijiet qabel ma jipproċedi bid-deċiżjoni kif adatt.
|
|
Artikolu 5 5
|
5. Fit-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 2, il-BĊE għandu jieħu kont tas-sitwazzjoni speċifika tas-sistema finanzjarja, tas-sitwazzjoni ekonomika u taċ-ċiklu ekonomiku fl-Istati Membri individwali jew f’xi partijiet minnhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.10.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1024
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|