7. Jekk Stat Membru parteċipanti li l-munita tiegħu mhijiex l-euro jinnotifika lill-BĊE f’konformità mal-Artikolu 26(8) tan-nuqqas ta’ qbil raġunat tiegħu bl-oġġezzjoni tal-Kunsill Governattiv għal abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Bord Superviżorju, il-Kunsill Governattiv għandu, f’perijodu ta’ 30 jum, jagħti l-opinjoni tiegħu dwar in-nuqqas ta’ qbil raġunat espress mill-Istat Membru u, filwaqt li jagħti r-raġunijiet tiegħu biex isir dan, jikkonferma jew jirtira l-oġġezzjoni tiegħu.
Fil-każ li l-Kunsill Governattiv jikkonferma l-oġġezzjoni tiegħu, l-Istat Membru parteċipanti li l-munita tiegħu mhijiex l-euro jista’ jinnotifika lill-BĊE li huwa mhux ser jintrabat mid-deċiżjoni potenzjali relatata ma’ abbozz emendat ta’ deċiżjoni possibbli mill-Bord Superviżorju.
Il-BĊE għandu mbagħad jikkunsidra s-sospensjoni jew it-terminazzjoni possibbli tal-kooperazzjoni mill-qrib ma’ dak l-Istat Membru, b’konsiderazzjoni dovuta tal-effettività superviżorja u jieħu deċiżjoni f’dak ir-rigward.
Il-BĊE għandu jieħu kont, b’mod partikolari, tal-konsiderazzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
jekk in-nuqqas ta’ tali sospensjoni jew terminazzjoni jistax jhedded l-integrità tal-MSU jew ikollux konsegwenzi negattivi sinifikanti fir-rigward tar-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri;
|
|
(b)
|
jekk tali sospensjoni jew terminazzjoni jistax ikollha konsegwenzi negattivi sinifikanti fir-rigward tar-responsabbiltajiet fiskali fl-Istat Membru li jkun ta notifika dwar nuqqas ta’ qbil motivat f’konformità mal-Artikolu 26(8);
|
|
(c)
|
jekk huwiex sodisfatt jew le li l-awtorità nazzjonali kompetenti adottatx miżuri li, fl-opinjoni tal-BĊE:
|
—
|
jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li nnotifikaw in-nuqqas ta’ qbil motivat tagħhom skont is-subparagrafu preċedenti ma jkunux soġġetti għal trattament aktar favorevoli minn istituzzjonijiet ta’ kreditu fi Stati Membri parteċipanti oħra;
|
|
—
|
huma effettivi daqs id-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv taħt it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fil-kisba tal-objettivi msemmijin fl-Artikolu 1 u fl-iżgurar tal-konformità mad-dritt rilevanti tal-Unjoni.
|
|
Il-BĊE għandu jinkludi dawn il-konsiderazzjonijiet fid-deċiżjoni tiegħu u jikkomunikahom lill-Istat Membru kkonċernat.