8. Jekk Stat Membru parteċipanti li l-munita tiegħu mhijiex l-euro ma jaqbilx ma’ abbozz ta’ deċiżjoni tal-Bord Superviżorju, huwa għandu jgħarraf lill-Kunsill Governattiv bin-nuqqas ta’ qbil raġunat tiegħu fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol minn meta jirċievi l-abbozz ta’ deċiżjoni. Il-Kunsill Governattiv għandu mbagħad jiddeċiedi dwar il-kwistjoni fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol, filwaqt li jqis dawk ir-raġunijiet bis-sħiħ, u jispjega bil-miktub id-deċiżjoni tiegħu lill-Istat Membru kkonċernat. L-Istat Membru kkonċernat jista’ jitlob lill-BĊE li jtemm il-kooperazzjoni mill-qrib b’effett immedjat u ma jkunx marbut bid-deċiżjoni li ssir.