+Artikolu 22 Proċess dovut għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet superviżorji
---+Artikolu 22 1
---+Artikolu 22 2

Artikolu 22 Proċess dovut għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet superviżorji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22 1

1.   Qabel ma jieħu deċiżjonijiet superviżorji bi qbil mal-Artikolu 4 u t-Taqsima 2 tal-Kapitolu III, il-BĊE għandu jagħti l-opportunità li l-persuni li jkunu soġġetti għall-proċedimenti jinstemgħu. Il-BĊE għandu jibbaża d-deċiżjonijiet tiegħu unikament fuq l-oġġezzjonijiet li l-partijiet ikkonċernati kienu kapaċi jikkummentaw dwarhom.

L-ewwel subparagrafu m’għandux japplika jekk tkun meħtieġa azzjoni urġenti biex ma jitħalliex li jsir dannu sinifikanti lis-sistema finanzjarja. F’każ bħal dan, il-BĊE jista’ jadotta deċiżjoni proviżorja u għandu jagħti lill-persuni kkonċernati l-opportunità li jinstemgħu malajr kemm jista’ jkun malajr wara li jkun ħa d-deċiżjoni tiegħu.

Artikolu 22 2

2.   Id-drittijiet għal difiża tal-persuni kkonċernati għandhom jiġu rispettati bis-sħiħ fil-proċedimenti. Huma għandhom ikunu intitolati għal aċċess għall-fajl tal-BĊE, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl m’għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali.

Id-deċiżjonijiet tal-BĊE għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.10.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1024
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.