|
+Artikolu 33 2 |
Artikolu 33 22. Il-BĊE għandu jieħu l-kariga tal-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament fl-4 ta’ Novembru 2014, soġġett għall-arranġamenti u l-miżuri ta’ implimentazzjoni stabbiliti f’dan il-paragrafu. Wara t-3 ta’ Novembru 2013, il-BĊE għandu jippubblika permezz ta’ regolamenti u deċiżjonijiet l-arranġamenti operattivi dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament. Mit-3 ta’ Novembru 2013, il-BĊE għandu jibgħat rapporti ta’ kull tliet xhur lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni operattiva ta’ dan ir-Regolament. Jekk abbażi tar-rapporti msemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u wara li r-rapporti jiġu diskussi fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill, ikun jidher li l-BĊE mhux ser ikun lest għat-twettiq bis-sħiħ tal-kompiti tiegħu fl-4 ta’ Novembru 2014, il-BĊE jista’ jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi data aktar tard minn dik imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan ta’ dan il-pargarafu sabiex tiġi żgurata l-kontinwità matul it-transizzjoni mis-superviżjoni nazzjonali għall-MSU, u abbażi tad-disponibbiltà tal-persunal, l-istabbiliment ta’ proċeduri ta’ rappurtar adatti u arranġamenti għall-kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali skont l-Arikolu 6. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|