+Artikolu 18a Divulgazzjoni ta’ riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (riskji ESG)
---+Artikolu 18a 1.
---+Artikolu 18a 2.
---+Artikolu 18a 3.
|
Artikolu 18a Divulgazzjoni ta’ riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (riskji ESG)
Divulgazzjoni ta’ riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (riskji ESG)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18a 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 449a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ġej:
(a)
informazzjoni kwalitattiva dwar ir-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza bl-użu tat-Tabelli 1, 2 u 3 tal-Anness XXXIX ta’ dan ir-Regolament u billi jiġu segwiti l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness XL ta’ dan ir-Regolament;
(b)
informazzjoni kwantitattiva dwar ir-riskji ta’ tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima.bl-użu tal-Mudelli1 sa 4 tal-Anness XXXIX ta’ dan ir-Regolament u billi jiġu segwiti l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness XL ta’ dan ir-Regolament;
(c)
informazzjoni kwantitattiva dwar ir-riskji fiżiċi tat-tibdil fil-klima.bl-użu tal-Mudell 5 tal-Anness XXXIX ta’ dan ir-Regolament u billi jiġu segwiti l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness XL ta’ dan ir-Regolament;
(d)
informazzjoni kwantitattiva dwar azzjonijiet ta’ mitigazzjoni assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi li jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
) lejn dawk il-kontropartijiet li huma soġġetti għall-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
), lejn unitajiet domestiċi, u lejn gvernijiet lokali kif imsemmi fil-Parti 1, il-punt 42(b), tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 (
3
), billi jintużaw il-Mudelli 6, 7 u 8 tal-Anness XXXIX ta’ dan ir-Regolament u billi jiġu segwiti l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness XL ta’ dan ir-Regolament;
(e)
informazzjoni kwantitattiva dwar azzjonijiet ta’ mitigazzjoni oħra u skoperturi għal riskji relatati mat-tibdil fil-klima li ma jikkwalifikawx bħala attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852 iżda jappoġġaw lill-kontropartijiet fil-proċess ta’ tranżizzjoni jew adattament għall-objettivi tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għat-tibdil fil-klima, billi jużaw il-Mudell 10 tal-Anness XXXIX ta’ dan ir-Regolament u billi jsegwu l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness XL ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 18a 2.
|
L-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu li jiddivulgaw informazzjoni kwantitattiva dwar azzjonijiet ta’ mitigazzjoni u skoperturi dwar riskji relatati mat-tibdil fil-klima assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi li jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852, lejn kontropartijiet li huma korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif imsemmi fil-Parti 1, il-punt 42(e) tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451, li mhumiex soġġetti għall-obbligi ta’ divulgazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE u li mhumiex soġġetti għall-obbligi ta’ divulgazzjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178 (
4
), billi jużaw il-Mudell 9 tal-Anness XXXIX ta’ dan ir-Regolament u billi jsegwu l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness XL ta’ dan ir-Regolament. Għall-kalkolu tal-perċentwal tal-iskoperturi għal attivitajiet li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852 (skoperturi allinjati mat-tassonomija) lejn dawk il-kontropartijiet, l-istituzzjonijiet:
(a)
jistgħu, fejn disponibbli, jużaw l-informazzjoni riċevuta mill-kontropartijiet tagħhom fuq bażi volontarja u bilaterali permezz tal-oriġinazzjoni tas-self, u proċessi regolari ta’ rieżami u monitoraġġ tal-kreditu;
(b)
meta l-kontroparti ma tkunx tista’ jew ma tkunx lesta li tipprovdi d-data kkonċernata fuq bażi bilaterali, tista’ tuża stimi u indikaturi interni u tispjega fin-narrattiva li takkumpanja l-mudell sa liema punt intużaw dawk l-istimi u l-prokuri interni, u liema stimi u indikaturi interni ġew applikati;
(c)
meta ma jkunux jistgħu jiġbru fuq bażi bilaterali l-informazzjoni kkonċernata, jew ma jkunux jistgħu jużaw stimi u indikaturi interni, jew ma jkunux jistgħu jiġbru dik l-informazzjoni jew jużaw dawk l-istimi u l-indikaturi b’mod li ma jkunx ta’ piż żejjed għalihom jew għall-kontropartijiet tagħhom, jistgħu jispjegaw dik l-inabbiltà fin-narrattiva li takkumpanja l-mudell.
Għall-finijiet tal-punt (a), l-istituzzjonijiet għandhom jinfurmaw lill-kontropartijiet tagħhom li l-għoti ta’ tali informazzjoni huwa volontarju.
|
|
Artikolu 18a 3.
|
Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor fl-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness XL ta’ dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet għandhom, mill-31 ta’ Diċembru 2022, jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 449a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fid-dati li ġejjin:
(a)
għal divulgazzjonijiet annwali: il-31 ta’ Diċembru;
(b)
għal divulgazzjonijiet semi-annwali: it-30 ta’ Ġunju u l-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0637
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|