|
+Artikolu 18a 1. |
Artikolu 18a 1.L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 449a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ġej:
(a)
informazzjoni kwalitattiva dwar ir-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza bl-użu tat-Tabelli 1, 2 u 3 tal-Anness XXXIX ta’ dan ir-Regolament u billi jiġu segwiti l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness XL ta’ dan ir-Regolament;
(b)
informazzjoni kwantitattiva dwar ir-riskji ta’ tranżizzjoni tat-tibdil fil-klima.bl-użu tal-Mudelli1 sa 4 tal-Anness XXXIX ta’ dan ir-Regolament u billi jiġu segwiti l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness XL ta’ dan ir-Regolament;
(c)
informazzjoni kwantitattiva dwar ir-riskji fiżiċi tat-tibdil fil-klima.bl-użu tal-Mudell 5 tal-Anness XXXIX ta’ dan ir-Regolament u billi jiġu segwiti l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness XL ta’ dan ir-Regolament;
(d)
informazzjoni kwantitattiva dwar azzjonijiet ta’ mitigazzjoni assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi li jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) lejn dawk il-kontropartijiet li huma soġġetti għall-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), lejn unitajiet domestiċi, u lejn gvernijiet lokali kif imsemmi fil-Parti 1, il-punt 42(b), tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 ( 3 ), billi jintużaw il-Mudelli 6, 7 u 8 tal-Anness XXXIX ta’ dan ir-Regolament u billi jiġu segwiti l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness XL ta’ dan ir-Regolament;
(e)
informazzjoni kwantitattiva dwar azzjonijiet ta’ mitigazzjoni oħra u skoperturi għal riskji relatati mat-tibdil fil-klima li ma jikkwalifikawx bħala attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852 iżda jappoġġaw lill-kontropartijiet fil-proċess ta’ tranżizzjoni jew adattament għall-objettivi tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għat-tibdil fil-klima, billi jużaw il-Mudell 10 tal-Anness XXXIX ta’ dan ir-Regolament u billi jsegwu l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness XL ta’ dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|