+Artikolu 18a 2.

Artikolu 18a 2.

L-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu li jiddivulgaw informazzjoni kwantitattiva dwar azzjonijiet ta’ mitigazzjoni u skoperturi dwar riskji relatati mat-tibdil fil-klima assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi li jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852, lejn kontropartijiet li huma korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif imsemmi fil-Parti 1, il-punt 42(e) tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451, li mhumiex soġġetti għall-obbligi ta’ divulgazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE u li mhumiex soġġetti għall-obbligi ta’ divulgazzjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178 ( 4 ), billi jużaw il-Mudell 9 tal-Anness XXXIX ta’ dan ir-Regolament u billi jsegwu l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness XL ta’ dan ir-Regolament.

Għall-kalkolu tal-perċentwal tal-iskoperturi għal attivitajiet li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852 (skoperturi allinjati mat-tassonomija) lejn dawk il-kontropartijiet, l-istituzzjonijiet:

(a) 

jistgħu, fejn disponibbli, jużaw l-informazzjoni riċevuta mill-kontropartijiet tagħhom fuq bażi volontarja u bilaterali permezz tal-oriġinazzjoni tas-self, u proċessi regolari ta’ rieżami u monitoraġġ tal-kreditu;

(b) 

meta l-kontroparti ma tkunx tista’ jew ma tkunx lesta li tipprovdi d-data kkonċernata fuq bażi bilaterali, tista’ tuża stimi u indikaturi interni u tispjega fin-narrattiva li takkumpanja l-mudell sa liema punt intużaw dawk l-istimi u l-prokuri interni, u liema stimi u indikaturi interni ġew applikati;

(c) 

meta ma jkunux jistgħu jiġbru fuq bażi bilaterali l-informazzjoni kkonċernata, jew ma jkunux jistgħu jużaw stimi u indikaturi interni, jew ma jkunux jistgħu jiġbru dik l-informazzjoni jew jużaw dawk l-istimi u l-indikaturi b’mod li ma jkunx ta’ piż żejjed għalihom jew għall-kontropartijiet tagħhom, jistgħu jispjegaw dik l-inabbiltà fin-narrattiva li takkumpanja l-mudell.

Għall-finijiet tal-punt (a), l-istituzzjonijiet għandhom jinfurmaw lill-kontropartijiet tagħhom li l-għoti ta’ tali informazzjoni huwa volontarju.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0637
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.