|
+Artikolu 3 2. |
Artikolu 3 2.Ir-reġimi tal-Istati Membri għandhom jissottomettu l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għal rekwiżiti li jkunu tal-inqas analogi għar-rekwiżiti li ġejjin skont din id-Direttiva:
(a)
il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni kontinwa kif stabbiliti fl-Artikolu 5(1) u (3), l-Artikoli 7 sa 10, 21, 22 u 23 u l-atti delegati korrispondenti miżuriadottati mill-Kummissjoni b’konformità mal-Artikolu 89;
(b)
l-obbligi tal-kondotta tan-negozju kif stabbiliti fl-Artikolu 24(1), (3), (4), (5), (7) u (10), fl-Artikolu 25(2), (5) u (6), u, fejn is-sistema nazzjonali tippermetti li dawk il-persuni jaħtru aġenti marbuta, fl-Artikolu 29, u fil-miżuri ta’ implimentazzjoni rispettivi;
(c)
Rekwiżiti organizzativi kif stipulat fl-ewwel, fis-sitt u fis-seba’ subparagrafi tal-Artikolu 16(3), u fl-Artikolu 16(6) u (7) u fl-atti delegati korrispondenti adottati mill-Kummissjoni bi qbil mal-Artikolu 89. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-persuni eżentati minn din id-Drettiva skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ikunu koperti bi skema ta’ kumpens għall-investitur li tkun rikonoxxuta skont id-Direttiva 97/9/KE. L-Istati Membri għandhom jippermettu li ditti ta’ investiment ma jkunux koperti minn din l-iskema bil-kundizzjoni li jkollhom assigurazzjoni tal-indennità professjonali li permezz tagħha, billi jitqiesu d-daqs, il-profil tar-riskju u n-natura ġuridika tal-persuni eżentati f’konformita’ mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tiġi żgurata protezzjoni ekwivalenti għall-klijenti tagħhom. B’deroga mit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri li diġà jkollhom tali liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi qabel it-2 ta' Lulju 2014, jistgħu sat-3 ta' Lulju 2019 jirrikjedu li fejn il-persuni eżentati minn din id-Direttiva skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jipprovdu s-servizzi ta’ investiment tar-riċezzjoni u tat-trażmissjoni ta’ ordnijiet u/jew tal-provvista ta’ pariri dwar l-investiment f’unitajiet f’impriżi ta’ investiment kollettivi u jaġixxu bħala intermedjarju ma’ ditti ta’ maniġment kif definit fid-Direttiva 2009/65/KE, dawk il-persuni għandhom ikunu responsabbli b’mod konġunt u in solidum mal-kumpanija ta’maniġment għal kwalunkwe dannu magħmul lill-klijent b’rabta ma’ dawk is-servizzi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|