|
+Artikolu 27 10. |
Artikolu 27 10.L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji li għandhom jitqiesu biex tiġi stabbilita u vvalutata l-effikaċja tal-politika tat-twettiq tal-ordnijiet skont il-paragrafi 5 u 7, filwaqt li tqis jekk l-ordnijiet humiex eżegwiti f’isem il-klijenti mhux professjonali jew dawk professjonali. Dawk il-kriterji għandhom jinkludu mill-anqas dawn li ġejjin:
(a)
il-fatturi li jiddeterminaw l-għażla tal-postijiet tat-twettiq inklużi fil-politika tat-twettiq tal-ordnijiet;
(b)
il-frekwenza li biha tiġi vvalutata u aġġornata l-politika tat-twettiq tal-ordnijiet;
(c)
il-mod li bih jiġu identifikati l-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji kif imsemmi fil-paragrafu 5. L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Diċembru 2024. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|